Bil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nkunu qed infissru l-post li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-Istati Membri. Huwa fil-Kunsill li l-ministri nazzjonali ta’ kull pajjiż tal-UE jiltaqgħu u jaddottaw il-liġijiet u jikkoordinaw il-politika tagħhom.

Il-Kunsill ikollu dik li tissejjaħ presidenza. Il-presidenza hija dik li tfassal l-aġenda. Il-presidenza tal-Kunsill iddur fost l-istati membri tal-UE kull 6 xhur. Matul dan il-perijodu ta’ 6 xhur, il-presidenza tippresiedi laqgħat f’kull livell tal-Kunsill, u tgħin biex tkun garantita l-kontinwità fil-ħidma tal-UE fil-Kunsill.

L-istati membri li jkollhom il-presidenza fil-qrib, jaħdmu flimkien biex b’hekk ikun hemm kontinwita`. Bħal-issa bdiet il-Presidenza Olandiża li se tibqa’ sejra sa Ġunju 2016. Il-Presidenza Netherlandiża se tiffoka l-aktar fuq l-immigrazzjoni u s-sigurtà internazzjonali. Warajha se jkun hemm il-presidenza Slovakka (minn Ġunju sa Diċembru 2016) u bħal dan iż-żmien sena l-presidenza se tkun f’idejn Malta (minn Jannar sa Ġunju 2017). Għaldaqstant Malta diġa` qed taħdem mal-presidenza Olandiża flimkien mal-Islovakki biex tħejji ruħha għall-presidenza tagħha.

Il-presidenza hija responsabbli li jsir progress fil-ħidma tal-Kunsill dwar il-leġislazzjoni tal-UE, tiżgura kontinwita` fl-aġenda tal-UE, tippjana u tippresiedi laqgħat tal-Kunsill u tara li kollox miexi skont ir-regoli. Tipprepara wkoll laqgħat informali u formali fi Brussell u fil-pajjiżi li se jkollhom il-presidenza. Tirrappreżenta lill-kunsill fir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u tipprova tilħaq qbil dwar il-leġislazzjonijiet.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL31

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

1.5 MILJUN AKTAR REFUĠJATI GĦALL-ĠERMANJA FL-2016

Wara l-attakki sesswali f’Cologne u bliet oħra Ġermaniżi, l-akbar sfida ta’ Angela Merkel hija dik li tiżgura liċ-ċittadini tagħha li ...
Read More

PAJJIŻI TAL-LVANT JITBEGĦDU MILL-ĠERMANJA

Is-Slovakkja, il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka qegħdin jitbegħu mill-pożizzjoni tal-Ġermanja dwar l-Immigrazzjoni. Il-Kapijiet ta’ dawn il-pajjiżi ‘l-ġodda’ tal-UE qegħdin jitkellmu ...
Read More

L-IMMIGRANTI GĦADHOM DEĦLIN MIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li għadha mhux kuntenta bl-isforzi tat-Turkija biex tikkontrolla l-influss tal-immigranti lejn l-Ewropa. 90, 000 ruħ waslu fil-Greċja ...
Read More

ĦITAN INVIŻIBBLI BEJN L-EWROPA U R-RUSSJA

Vladimir Putin jgħid li s-sanzjonijiet li imponiet l-Unjoni Ewropea fuq ir-Russja huma assurdi u qed iweġġgħu liż-żewġ naħat. Hu qal ...
Read More

L-ISFIDI EWROPEJ SE JAFFETTWAW LIL MALTA FL-2016

Il-futur ta’ Malta fl-2016 jiddependi ħafna mill-mod kif l-Ewropa taffaċċja l-isfidi dwar l-immigrazzjoni, it-terroriżmu, l-andament taż-żona ewro u n-negozjati mar-Renju ...
Read More

IŻ-ŻONA EWRO BDIET TIRPILJA

B’mod kajman u bis-saħħa ta’ stimolu qawwi mill-Bank Ċentrali Ewropew, iż-żona ewro qed turi sinjali li qed tirpilja. Fl-aħħar kwart ...
Read More

JONQOS IL-QGĦAD FL-UNJONI EWROPEA

Ir-rata tal-qgħad fiż-żona ewro kienet ta’ 10.5% u 9.1% fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kollha. Din hija l-iktar rata baxxa ta’ ...
Read More

IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE

Bil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nkunu qed infissru l-post li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-Istati Membri. Huwa fil-Kunsill li l-ministri nazzjonali ta’ kull pajjiż ...
Read More

IL-VOT LIN-NISA

Fis-seklu dsatax in-nisa f’ħafna pajjiżi bdew isiru konxji tad-drittijiet tagħhom u b’hekk saru aktar attivi fil-ħidma tagħhom biex fost oħrajn ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment