L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD) qed tbassar li t-tkabbir fl-ekonomija Ewropea għal 2015 se jkun 1.4% u għal 2016 se jkun 2%. Dan huwa ekwivalenti għal 0.3 punti aktar mit-tbassir ta’ erba’ xhur ilu. OECD qalet li t-tnaqqis fil-prezz taż-żejt, it-tnaqqis fil-valur tal-ewro meta komparat mad-dollaru u rati aktar baxxi ta’ interessi ġegħluha tasal għal din il-konklużjoni. L-OECD qed tbassar tkabbir ekonomiku ogħla fi nħawi oħra tad-dinja milli kien maħsub ftit tax-xhur ilu. It-tkabbir fl-Indja fl-2015 se jkun ta’ 7.7% u li fl-2016 se jkun ta’ 8.0%. Fil-Ġapan se jkun 1% fl-2015 u 1.4% fl-2016. L-OECD ma bidlitx it-tbassir tagħha għall-Istati Uniti li se jkun 3.1% fl-2015 u 3% fl-2016. It-tkabbir ekonomiku fiċ-Ċina li se jkun 7.0% fl-2015 u fl-2016. L-OECD qed tbassar li fil-Brażil se jkun hemm riċessjoni. Minn tkabbir ta’ 1.5% għal 2015 u 2.0% għal 2016, l-OECD issa qed tbassar li dan se jkun 0.5% fl-2015 u 1.2% fl-2016. L-għan tal-OECD huwa li timpromwovi politika li ttejjeb il-qagħda ekonomika u soċjali tal-bnedmin madwar id-dinja.

Facebook Comments

Post a comment