L-UE ġeddet il-programm tal-operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran sa Diċembru tal-2018. L-għan ta’ dan il-programm huwa li taqbad lit-traffikanti tal-persuni u tħarbtilhom il-mudell kummerċjali tagħhom fiċ-ċentru tal-Mediterran. Il-programm se jibda wkoll jgħasses u jiġbor l-informazzjoni dwar it-traffikar u l-esportazzjoni illeċita taż-żejt Libjan. Fil-passat diġa` għen fl-implimentazzjoni tal-embargo tal-Ġnus Magħquda tal-armi f’ibħra internazzjonali lil hinn mill-kosta Libjana.

L-UE trid aktar bdil ta’ informazzjoni bejn aġenziji oħra bħal Frontex u l-Europol dwar it-traffikar tal-persuni.  L-UE ħabbret li se timplimenta mekkaniżmu ta’ monitoraġġ permezz tal-gwardji tal-kosta Libjani li diġa` ngħataw taħriġ fil-qasam. Ħafna organizzazzjonijiet ikkritikaw lil gwardji tal-kosta Libjani li jimbottaw lill-immigranti lura fl-ibħra.

“Daqt nirrevedu l-pjan tagħna biex jinkludi attivitajiet ġodda bħall-monitoraġġ tal-gwardji tal-kosta Libjani” qalet ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini.

It-tiġdid ta’ dan il-pjan ta’ salvataġġ wasal wara li l-Italja wriet ir-riżervi tagħha għall-fatt li l-istati membri l-oħra mhux qed juru solidarjeta` dwar l-immigrazzjoni. L-Italja insistiet għal bdil fir-regoli tal-iżbark tal-immigranti għax persuni salvati permezz ta’ dan il-programm kollha qed jitniżżlu l-Italja. 

L-Italja ma rnexxilhiex twettaq it-tibdil meħtieġ. Bħalissa l-awtoritajiet Taljani qed jaħdmu mal-Kummissjoni Ewropea biex jitfassal kodiċi ta’ etika li l-organizzazzjonijiet umanitarji fiċ-ċentru tal-Mediterran qed iqisu bħala kontroversjali.

IMĠEDDED IL-PJAN TA’ SALVATAĠĠ FIL-MEDITERRAN

L-UE ġeddet il-programm tal-operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran sa Diċembru tal-2018. L-għan ta’ dan il-programm huwa li taqbad lit-traffikanti tal-persuni u ...
Read More

JUNCKER JIPPREFERI LIL MERKEL

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jixtieq jara l-partit Demo-Kristjan ta’ Angela Merkel rebbieħ fl-elezzjonijiet Ġermaniżi li se jsiru f’Settembru ...
Read More

INTERESS F’AĠENZIJI BBAŻATI F’LONDRA

Kien reġistrat interess kbir fost stati membri tal-UE li jibdew joperaw aġenziji li s’issa kienu bbażati f’Londra. Wara l-BREXIT 20 ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA LESTA TISSANZJONA LIL POLONJA

Il-Kummissjoni Ewropea wissiet li lesta tissanzjona lil Polonja jekk il-gvern Pollakk jgħaddi erba’ liġijiet proposti biex jibdlu l-mod kif jinħatru ...
Read More

ANQAS EWRO FOLOZ FL-IDEJN

Fl-ewwel sitt xhur tal-2017 tneħħew miċ-ċirkolazzjoni madwar 331, 000 karta tal-flus tal-ewro falza. Dan juri li n-numru tal-karti foloz tal-Ewro ...
Read More

TĦASSIB DWAR XIRI TA’ KUMPANIJI EWROPEJ MIĊ-ĊINIŻI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana regoli biex tħares kumpaniji strateġiċi Ewropej milli jinxtraw minn kumpaniji Ċiniżi. Kumpaniji tat-teknoloġija u oħrajn tal-infrastruttura, ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA S-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-UE

Il-Kanċillier Awtrijak Christian Kern stqarr li importanti jintqal li t-Turkija mhux kandidata biex issir membru sħiħ tal-UE. Mill-attentat kolp ta’ ...
Read More

PILOTI EWROPEJ IRIDU KWALIFIKA GĦAD-DRONES

L-Assoċjazzjoni tal-piloti Ewropej qed issejjaħ għall-introduzzjoni ta’ miżuri urġenti wara l-publikazzjoni ta’ studju dwar ħabtiet bejn ajruplani u drones. L-istudju ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment