Ministri tal-agrikoltura Ewropej huma mħassbin għat-tqasqis ta’ 5% mill-fondi agrarji li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissarju tal-Agrikoltura Phil Hogan qal li “Il-flus jaħtu għal ħafna min-nuqqas ta’ qbil”.

L-Isvezja favur aktar tqasqis ta’ fondi diretti lil bdiewa, l-Olanda lesta taċċetta t-tnaqqis jekk jinqasam b’mod ġust fost il-pajjiżi kollha.

Franza ma taqbilx li jitnaqqsu l-fondi diretti u lanqas il-fondi għall-iżvilupp rurali u qed tipprova tikseb l-appoġġ ta’ aktar pajjiżi billi ffirmat stqarrija flimkien ma’ Spanja, Irlanda, Portugall, Finlandja u Greċja fuq il-ħtieġa li l-baġit tal-agrikoltura ma jonqosx. Franza qed tipprova tressaq lir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka u l-Belġju lejn il-pożizzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet tnaqqis ta’ 15% tal-fondi għall-iżvilupp rurali. Pajjiżi bħal Portugall u l-Awstrija huma mħassba kif se jagħmlu tajjeb b’mod nazzjonali għal dan it-tnaqqis jekk verament iseħħ.

Il-laqgħa li jmiss bejn il-ministri dwar il-fondi tal-agrikoltura mistennija ssir fit-18 ta’ Ġunju. Ħafna ministri huma tal-fehma li se jkun impossibbli biex jintlaħaq ftehim bejn issa u l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019. Finalment huwa l-Kunsill bil-mexxejja tal-pajjiżi li jiddeċiedu dwar il-prijoritajiet politiċi għal baġit tas-seba’ snin li jmiss u kif se jintefqu l-flus allokati għal dawn il-prijoritajiet.

Problema Ewropea

It-tilwima diplomatika bejn Malta u l-Italja dwar l-immigranti maqbuda fuq l-‘Aquarius’ qajmet mill-ġdid il-kontroversja dwar l-immigrazzjoni. Il-Gvern Malti rrifjuta, bir-raġun, ...
Read More

AKTAR KOOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI  MEDITERRANJI DWAR IT-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni  Ewropea issa għandha l-mandat tniedi taħdidiet ma’ tmien pajjiżi – Alġerija, Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, Marokk, Tuneżija u Turkija ...
Read More

IMĦASSBIN DWAR IT-TNAQQIS TAL-FONDI GĦALL-AGRIKOLTURA

Ministri tal-agrikoltura Ewropej huma mħassbin għat-tqasqis ta’ 5% mill-fondi agrarji li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissarju tal-Agrikoltura Phil Hogan qal ...
Read More

KONTRA L-ARRESTI POLITIĊI FIT-TURKIJA

Il-kelliem għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u Tkabbir, Maja Kocijancic, tkellmet kontra l-arresti suċċessivi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija. Ir-rappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiet ...
Read More

AKTAR PLASTIK MINN ĦUT FIL-BAĦAR SAS-SENA 2050

Tbassir tal-esperti  jgħid li se jkun hemm aktar plastik fl-ibħra milli ħut sas-sena 2050. Dan qed iwassal biex l-UE tieħu ...
Read More

ALFRED SANT DWAR IS-SEHEM TA’ MALTA MILL-BUDGET TAL-UE FIŻ-ŻEJTUN

Is-sehem ta’ Malta mill-Budget tal-UE bejn 2021-2027 se jkun taħt il-lenti fiż-Żejtun il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju meta l-ġurnalist Manuel Micallef ...
Read More

JANEZ JANŠA JERBAĦ L-ELEZZJONIJIET FI SLOVENJA

L-ex Prim Ministru Konservattiv tal-Islovenja Janez Janša rebaħ l-elezzjonijiet tal-pajjiż b’25% tal-voti mitfugħa favur il-partit tiegħu SDS. Il-Partit SDS huwa ...
Read More

VARAT IL-PROĠETT TA’ ARJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni u nieħdu azzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’ biex tassisti l-gżejjer tal-UE joħolqu sorsi ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment