Mhux politika tal-KE li tibgħat immigranti lura l-Libja imma hija possibilita` waqt salvataġġ jekk issir skont il-liġi internazzjonali, qalet il-Kummissjoni Ewropea.

Ftit tal-jiem ilu bastiment bil-bandiera ta’ Sierra Leone salva mitt persuna ’l barra mill-ibħra Libjani billi ħadhom lura l-Libja.

Fl-istess jiem il-vapur Ġermaniż Sea-Watch ħabbar li salva 47 persuna iżda l-Kummissjoni ma ġietx mitluba tikkoordinahom.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet seħħew żewġ nawfraġi oħra, f’waħda mietu minn tal-inqas 117 persuna fl-ibħra Libjani u fl-oħra mietu 53 persuna fl-ibħra bejn Spanja u l-Marokk.

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini saħqet dwar l-importanza ta’ preżenza navali tal-UE li tiġġieled lit-traffikanti tal-persuni waqt li ssalva ħajjet in-nies.

TA’ DETRIMENT GĦAL MALTA

Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni ...
Read More

IMMIGRANTI LURA L-LIBJA

Mhux politika tal-KE li tibgħat immigranti lura l-Libja imma hija possibilita` waqt salvataġġ jekk issir skont il-liġi internazzjonali, qalet il-Kummissjoni ...
Read More

L-ITALJA RIESQA LEJN RIĊESSJONI

Ġimgħat wara li ntlaħaq ftehim dwar il-baġit Taljan mal-Kummissjoni Ewropea, qed jidhru sinjali li t-tielet l-akbar ekonomija taż-żona ewro riesqa ...
Read More

TRATTAMENT SPROPORZJONAT LEJN MALTA

Alfred Sant ikkritika bl-aħrax lill-Kummissjoni Ewropea għat-trattament sproporzjonat tagħha fil-konfront ta’ Malta meta mqabbel mal-każ ferm aktar serju tal-Latvja dwar infurzar ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA AKTAR QRIB XULXIN

Franza u l-Ġermanja ffirmaw l-ewwel kapitlu minn dak li se jkun trattat ġdid bl-għan li jissaħħaħ il-proġett Ewropew. Fost il-Brexit ...
Read More

JIPPREFERU FIGHTER JETS AMERIKANI

Il-pajjiżi Ewropej jippreferu fighter jets Amerikani. Wara l-Islovakkja u r-Rumanija issa anki l-Bulgarija u l-Kroazja qed jagħżlu li jixtru ajruplani ...
Read More

PUTIN FIS-SERBJA

Vladimir Putin sejjaħ għall-istabilita` fil-Balkani, ġurnata wara li akkuża lil Punent li qed tiddistabilizza r-reġjun Balkani permezz ta’ sforzi biex ...
Read More

DEFIĊIT KUMMERĊJALI GĦALL-UE

Iż-żona ewro irreġistrat surplus ta’ €19-il biljun ewro f’kummerċ internazzjonali f’Novembru 2018. Sena qabel, f’Novembru 2017 kienet irreġistrat surplus ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment