In-numru ta’ immigranti li mietu fil-Mediterran naqas bi kwart fl-2018 meta kkomparat mas-sena ta’ qabel, qalet l-aġenzija għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti.

In-numru ta’ immigranti li waslu l-Ewropa wara li qasmu l-Mediterran ukoll naqas bl-istess proporzjon. Fl-2018 it-total laħħaq l-113,482 meta kkomparat mal-172, 301 tal-2017.

Spanja saret l-art ewlenija li fiha qed imorru l-immigranti u r-refuġjati mill-Afrika ta’ Fuq, b’55, 756 wasliet fl-2018.

Taħt il-Gvern attwali l-Italja naqqset drastikament il-wasliet tal-immigranti – madwar 23, 371 wasla. Fl-2017 fl-Italja kienu waslu 119, 369 immigrant mil-Libja.

Dawn iċ-ċifri huma ferm inqas minn dawk tal-2015 meta miljun persuna qasmu lejn l-Ewropa, ħafna minnhom mit-Turkija. L-effett ta’ dan l-influss għadu jidwi mal-kontinent u għadu jqanqal dibattiti kbar dwar il-politika tal-immigrazzjoni.

Dan il-fenomenu qed jagħti l-ħajja lil partiti tal-lemin estrem fil-pajjiżi li laqgħu numri kbar ta’ immigranti bħal Italja, Ġermanja u Svezja.

Il-bastimenti ta’ salvataġġ ukoll daħlu f’kontroversja wara li l-Gvern Taljan għalaq il-portijiet tiegħu.

L-Unjoni Ewropea toffri għajnuna u flejjes lil-Libja bil-ħsieb li tnaqqas l-influss ta’ immigranti.

L-ikbar ammont  ta’ immigranti fl-2018 ġew mill-Punent tal-istat Afrikan tal-Guinea (13, 068), mill-Marokk (12, 745) u mill-Mali.  Ġew ukoll immigranti mis-Sirja (9, 839), Afghanistan (7, 621) u Iraq (7, 333).

m-_0004_as-conference

FIDUĊJA F’MALTA GĦAL EWROPA SOĊJALI

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`, qal Alfred Sant ...
Read More
bucharest-skyline

 ‘IR-RUMANIJA GĦAD TRID TIFHEM IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦHA.’

Ġranet wara li l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE għaddiet għand ir-Rumanija, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li inkwetat dwar il-ħila ...
Read More
_0006_bigben

DAQSHEKK NEGOZJATI DWAR IL-BREXIT

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li m’hemmx talba biex isiru aktar negozjati dwar il-ftehim li ntlaħaq fil-25 ta’ Novembru bejn il-PM Brittanika ...
Read More
_0002_immigrants

IMUTU ANQAS IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN

In-numru ta’ immigranti li mietu fil-Mediterran naqas bi kwart fl-2018 meta kkomparat mas-sena ta’ qabel, qalet l-aġenzija għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti ...
Read More
m-_0003_gafa

KONTRA TAXXA DIĠITALI ARMONIZZATA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota kontra riżoluzzjoni li tintroduċi taxxa diġitali armonizzata fl-Ewropa ‘bħala fatt li mhux negozjabbli’. It-tassazzjoni għandha ...
Read More
m-_0002_coast-guards

€305 MILJUN GĦALL-GREĊJA , L-ITALJA, ĊIPRU U L-KROAZJA

Il-Kummissjoni Ewropea irrilaxxat €305 miljun oħra f’għajnuna għall-Greċja, l-Italja, Ċipru u l-Kroazja fil-qasam tal-immigrazzjoni u t-tmexxija tal-fruntieri ta’ dawn il-pajjiżi ...
Read More
m-_0001_gaza

€93 MILJUN IEĦOR GĦALL-PALESTINA

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti €20 miljun addizzjonali għar-refuġjati Palestinjani u €73.3 miljun oħra biex ittejjeb il-kwalita` tal-ħajja tal-poplu Palestinjan li ...
Read More
m-_0000_fish

IL-ĦUT JINŻLILHOM GĦASEL

70% tal-Ewropej jieklu l-ħut tal-inqas darba fix-xahar imma mhux kuntenti bil-prezzijiet tal-prodotti. Madwar erba’ minn għaxar konsumaturi (41%) jieklu prodotti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment