Fl-2017 seħħ inċident terroristiku kull sitt ijiem fl-Ewropa. Huwa stmat li fl-Ewropa hawn bejn 50,000 u 70,000 individwi radikalizzati, 20,000 minnhom jinsabu fi Franza. Is-sena l-oħra l-UE kellha 62 inċident relatat mat-terroriżmu, li jinkludu 15-il attakk u 40 li nqabdu qabel ma seħħew.
Dawn il-figuri ngħataw dan ix-xahar waqt kumitat speċjali dwar it-terroriżmu fil-Parlament Ewropew mill-ispeċjalist dwar it-terroriżmu Jean Charles Brisard. Brisard huwa l-President ta’ Ċentru Ewropew li janalizza t-terroriżmu. Iċ-ċentru ntalab jikkontribwixxi fix-xogħol tal-Kumitat tal-PE dwar is-suġġett.
“Mill-2013 ’l hawn, l-attivita` terroristika kienet l-aktar intensa fi Franza, b’nofs dawn l-inċidenti identifikati hemmhekk. Kważi 40% tal-attentati ta’ qtil u attakki oħra kellhom fil-mira lill-uffiċċjali tal-pulizija jew tal-armata. L-attakki saru minn armi bħal skieken u esplossivi,” qal Brisard.
Brisard qal li l-Istat Iżlamiku ddgħajjef iżda t-theddida tat-terroriżmu baqgħet sostanzjali. In-numru ta’ ġellieda barranin li rritornaw fl-UE ma kienx kbir, fost oħrajn għax mietu jew telqu f’żoni oħra. Dawn il-ġellieda barranin xorta huma ta’ theddida. Franza rreġistrat 14-il ritorn fl-2017 waqt li l-Belġju u l-Ġermanja rreġistraw anqas minn 10.
53% tal-Ġiħadisti ma kinux magħrufa mis-servizzi tal-ispjunaġġ Ewropej. Mill-2004 fi Franza, 60% ta’ dawk li ngħataw sentenza fuq attivitajiet terroristiċi ma kellhom l-ebda rekord kriminali.
APPOĠĠ LILL-GŻEJJER U R-REĠJUNI FIL-PERIFERIJA TAL-UE
Read More
FERMENT KONTRA ORBAN
Read More
25,300 TILFU ĦAJJITHOM FIT-TOROQ TAL-EWROPA FL-2017
Read More
INĊIDENT TERRORISTIKU KULL SITT IJIEM FL-EWROPA
Read More
KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA
Read More
SUQ KOMUNI GĦALL-ISTATI BALKANI
Read More
TĦASSSIB DWAR L-EWWEL IMPJANT NUKLEARI TAT-TURKIJA
Read More
IL-MAROKK F’INIZJATTIVA DWAR L-ILMA U L-IKEL FIL-MEDITERRAN
Read More
Post a comment