Informazzjoni miġbura dwar l-industrija tas-Sajd qed tintuża għad-detriment tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin fl-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd u fuq bażi nazzjonali biex ikunu mħarsa l-ħut fil-Mediterran, enfasizza l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant fi Strasburgu meta kkummenta fuq stqarrija tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-suġġett. Is-sajjieda Maltin u Għawdxin li jiltaqgħu regolarment ma’ Alfred Sant huma ta’ din il-fehma u kontinwament jistaqsuh biex iwassal il-vuċi tagħhom fil-Parlament Ewropew.

“Kull darba li niltaqa’ ma’ sajjieda lokali minn Marsaxlokk, mill-Mellieħa u minn inħawi oħra ta’ Malta u Għawdex iħeġġuni biex inwassal leħenhom fil-Parlament Ewropew. Jien se nibqa’ leali lejn is-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin li jiddependu mis-sajd għall-għixien tagħhom. ls-sajjieda tradizzjonali tagħna jħarsu b’suspett lejn il-mod kif qed tinġabar u tintuża d-‘data’ biex tkun regolata l-industrija tas-sajd. Dawn jemmnu li l-informazzjoni li nġabret tul iż-żmien serviet biex tgħatti l-impatt tal-operaturi l-kbar a skapitu tagħhom. Dan ġara fil-mod ta’ kif qed jiġu allokati l-kwoti kemm fl-Unjoni Ewropea u kemm fuq bażi nazzjonali biex ikunu mħarsa l-istokks tal-ħut.

Jien sħaqt fil-Parlament Ewropew li d-direttivi tal-UE ibbażati fuq din l-informazzjoni qed jheddu l-għixien u l-futur tas-sajjieda Maltin u Għawdxin fejn sofrew minn restrizzjonijiet sproporzjonati għat-tonn, daqt għall-pixxispad u daqt ukoll għal-lampuki. Dan mhux ġust u kien għalhekk li vvotajt kontra r-riżoluzzjoni fuq il-ġbir, tmexxija u użu ta’ ‘data’ tas-settur tas-sajd fil-Parlament Ewropew.

Ħafna sajjieda tradizzjonali joperaw bħala familja. Sa ftit ilu, la kellhom għarfien, la riżorsi u l-anqas ħin biex jifhmu kif l-industrija tagħhom, l-mod ta’ għajxien tagħhom, kienu qed jinbidlu. L-operaturi l-kbar ittrasformaw l-istruttura tal-industrija tas-sajd għax kienu jafu kif jimbottaw l-ideat tagħhom biex iżommu sehemhom fis-suq.” qal Dr Sant.

PARTNERSHIP

BREXIT bdiet issir realta`. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għaddiet il-karti tad-divorzju lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. May kienet ċara ...
Read More

IT-TOROK JIVVOTAW FIL-ĠERMANJA

Aktar minn 1.4 miljun ruħ b’dixxendenza Torka huma eleġibbli biex jivvotaw fil-Ġermanja għal referendum Tork bejn is-27 ta’ Marzu u ...
Read More

L-ISVEZJA TĦEJJI GĦALL-ĦOFRA TAL-BREXIT

L-Isvezja qalet li l-flejjes Ewropej għandhom imorru f’oqsma bħall-immigrazzjoni u s-sigurta` aktar milli f’għajnuna għas-settur tal-biedja. Il-pagamenti tal-Unjoni lejn l-istati ...
Read More

INFORMAZZJONI DWAR IS-SAJD TINTUŻA KONTRA L-INTERESSI TAS-SAJJIEDA TRADIZZJONALI MALTIN

Informazzjoni miġbura dwar l-industrija tas-Sajd qed tintuża għad-detriment tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin fl-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd u fuq bażi nazzjonali ...
Read More

BONDS BIEX IĦALLSU D-DJUN

Mill-2009 ’l hawn il-kumpaniji l-kbar mhux qed jiksbu ħafna mis-self tagħhom mill-banek Ewropej. Allura minn fejn qed iġibu l-flus u ...
Read More

L-AKBAR KUMMERĊ MAĊ-ĊINA U L-ISTATI UNITI

Terz tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea isir maċ-Ċina u l-Istati Uniti. 17.7% tal-kummerċ isir mal-Istati Uniti filwaqt li 14.9% tal-kummerċ isir maċ-Ċina ...
Read More

VJAĠĠI GĦAL ŻGĦAŻAGĦ FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Kummissjoni Ewropea se tiffinanzja vjaġġi għal żgħażagħ fl-UE li jinkludu l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa fosthom Malta, Ċipru, l-Islanda, Guadalupe ...
Read More

VISA BIEX TIDĦOL L-ISTATI UNITI

L-Istati Uniti għadha qed titlob visa liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija. L-Unjoni Ewropea qalet li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment