Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li l-membri f’dan il-Parlament jiffaċċjaw il-fatti b’onestà, Alfred Sant qal waqt li kienet qed tkun diskussa r-Riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta u fis-Slovakkja fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Alfred Sant qal li kwistjonijiet dwar is-saltna tad-dritt qed jintużaw biex imexxu ’l quddiem interessi polarizzati u partiġġjani li jeżistu fil-politika nazzjonali Maltija. Qed isiru akkużi dwar Malta li huma fattwalment żbaljati u mgħawġa, bil-għan li jkun jista’ jingħata bidu għal aktar hekk imsejħa inkjesti. Darba wara l-oħra, investigazzjonijiet ta’ dan it-tip raw kif għamlu biex iħammġu isem il-gżira. Il-mod kif ħadem il-grupp ta’ monitoraġġ fil-kumitat LIBE ta’ dal-Parlament li mexxa investigazzjoni f’dil-linja kien imċajpar u arbitrarju.

Alfred Sant qal li membru ewlieni tal-grupp hi wkoll membru ewlieni tal-Partit tal-Oppożizzjoni f’Malta.

“Kif nistgħu nippreżentaw ruħna bħala difensuri tas-saltna tad-dritt meta nippermettu li ġudizzji ta’ portata kbira, dwar il-valuri, jsiru minn grupp li l-membri tiegħu jagħżlu lilhom infushom minn ġewwa u bla ebda trasparenza?”

Alfred Sant qal li Malta għandha kull ħila biex tqis l-operat demokratiku tagħha u tirriformah, waqt li tirrispetta f’kollox is-saltna tad-dritt. Dan jgħodd għal kull qasam fejn tista’ tqum xi kriżi. Il-gvern Malti kkommetta ruħu li se jwettaq bidliet leġislattivi li jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet li għamlet dan l-aħħar il-Kummissjoni ta’ Venezja dwar governanza.

“Personalment nemmen li ma kienx hemm għalfejn dan l-impenn isir daqshekk malajr. Il-bidliet jeħtieġ li jiġu diskussi f’Malta, fost il-Maltin, mal-Maltin, u mhux ma’ membri preġudikati ta’ din il-Kamra. Madankollu, hi ħaġa żgura li d-deċiżjoni li ħa l-gvern tikkostitwixxi sinjal ċar, anke bil-kejl dubjuż ta’ din il-Kamra, li Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li taffaċċjaw il-fatti b’onestà.”

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=1PlSAKnoD0w

 

egrant

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW

Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017 Alfred Sant waqqaf diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-gidba tal-Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ta’ ...
Read More
_0006_bigben

DIVORZJU DIŻORDINAT SE  JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA

It-tluq tar-Renju Unit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea jista’ jaffettwa negattivament l-integrazzjoni finanzjarja u jolqot ħażin is-swieq internazzjonali u l-operazzjonijet tan-negozju ...
Read More
mission-sofia-med

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI

Il-Missjoni navali ta’ salvataġġ tal-UE - Sophia se titkompla għal sitt xhur oħra mingħajr il-flotta tal-vapuri. L-Istati Membri qablu li ...
Read More
_0003_deutsche-bank

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT

Fil-Kummissjoni Ewropea jeżisti żbilanċ, li huwa tanġibbli ħafna, kontra l-istati ż-żgħar u l-istituzzjonijiet kummerċjali tagħhom. Allura, il-każ tal-Bank Pilatus f’Malta ...
Read More
_0004_alfred-sant

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA

Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li l-membri f’dan il-Parlament jiffaċċjaw il-fatti b’onestà, ...
Read More
_0000_abortion

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA

L-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm ta’ tmexxija tal-Gvern Laburista. Ftit jista’ jkun hemm messaġġ aktar ċar minn hekk. Hu ...
Read More
_0003_ryanair-aircraft

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM

Ryanair saret waħda mill-aktar għaxar kumpaniji fl-Ewropa li jħammġu l-arja, minkejja li mhix Power Station li taħdem bil-faħam. Id-disa’ kumpaniji ...
Read More
_0001_prison-cell

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA

Komplew jonqsu l-għadd ta’ priġunieri fil-ħabsijiet fl-Ewropa . Ir-Russja għandha l-akbar għadd ta’ priġunieri b’418.3 prġunier minn kull 100,000 tal-popolazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment