Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li l-membri f’dan il-Parlament jiffaċċjaw il-fatti b’onestà, Alfred Sant qal waqt li kienet qed tkun diskussa r-Riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta u fis-Slovakkja fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Alfred Sant qal li kwistjonijiet dwar is-saltna tad-dritt qed jintużaw biex imexxu ’l quddiem interessi polarizzati u partiġġjani li jeżistu fil-politika nazzjonali Maltija. Qed isiru akkużi dwar Malta li huma fattwalment żbaljati u mgħawġa, bil-għan li jkun jista’ jingħata bidu għal aktar hekk imsejħa inkjesti. Darba wara l-oħra, investigazzjonijiet ta’ dan it-tip raw kif għamlu biex iħammġu isem il-gżira. Il-mod kif ħadem il-grupp ta’ monitoraġġ fil-kumitat LIBE ta’ dal-Parlament li mexxa investigazzjoni f’dil-linja kien imċajpar u arbitrarju.
Alfred Sant qal li membru ewlieni tal-grupp hi wkoll membru ewlieni tal-Partit tal-Oppożizzjoni f’Malta.
“Kif nistgħu nippreżentaw ruħna bħala difensuri tas-saltna tad-dritt meta nippermettu li ġudizzji ta’ portata kbira, dwar il-valuri, jsiru minn grupp li l-membri tiegħu jagħżlu lilhom infushom minn ġewwa u bla ebda trasparenza?”
Alfred Sant qal li Malta għandha kull ħila biex tqis l-operat demokratiku tagħha u tirriformah, waqt li tirrispetta f’kollox is-saltna tad-dritt. Dan jgħodd għal kull qasam fejn tista’ tqum xi kriżi. Il-gvern Malti kkommetta ruħu li se jwettaq bidliet leġislattivi li jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet li għamlet dan l-aħħar il-Kummissjoni ta’ Venezja dwar governanza.
“Personalment nemmen li ma kienx hemm għalfejn dan l-impenn isir daqshekk malajr. Il-bidliet jeħtieġ li jiġu diskussi f’Malta, fost il-Maltin, mal-Maltin, u mhux ma’ membri preġudikati ta’ din il-Kamra. Madankollu, hi ħaġa żgura li d-deċiżjoni li ħa l-gvern tikkostitwixxi sinjal ċar, anke bil-kejl dubjuż ta’ din il-Kamra, li Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li taffaċċjaw il-fatti b’onestà.”
Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=1PlSAKnoD0w

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

DIVORZJU DIŻORDINAT SE JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA
Read More

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI
Read More

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT
Read More

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA
Read More

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA
Read More

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM
Read More

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA
Read More
Post a comment