Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ kif il-Parlament Ewropew jinvestiga kwistjonijiet ta’ governanza jxejjen il-kredibilita` u l-leġittimita` tal-investigazzjonijiet ta’ din ix-xorta. La l-proċess hu vvizzjat, sehem fil-vot dwaru, anke b’astensjoni, jagħtih leġittimità li m’għandux, enfasizza Sant.

“Kull kwistjoni dwar governanza interna fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għandha titqies bħala delikata ħafna. M’hemmx dubju, ċerti valuri essenzjali għad-demokrazija Ewropea għandhom jiġu rispettati minn kulħadd.  U għalhekk il-proċess li bih tiġi mistħarrġa kwalunkwe problema f’dal-qasam, tqum fejn tqum, għandu jkun oġġettiv u trasparenti għall-aħħar. Fil-Parlament Ewropew żgur li dan mhux qed jiġri. Il-proċess jinħema bla trasparenza u b’mod politiċizzat.”

Dr Sant qal li investigazzjonijiet simili għal ta’ Malta kienu ppreġudikati għall-aħħar u l-għaqdiet mhux governattivi Maltin kienu magħżula b’mod partiġġjan u minn sfera waħda.

“Meta d-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew ġew Malta l-hekk imsejħa għaqdiet mhux governattivi biex ikunu konsultati dwar is-sitwazzjoni f’Malta ġew magħżula b’mod partiġġjan.”

Alfred Sant qal li fuq il-bażi tal-informazzjoni li hija disponibbli, huwa ma jaqbilx ma’ bosta mill-aġir politiku tal-Gvern Ungeriż preżenti minħabba l-orjentazzjoni illiberali u awtoritarji tagħhom.

Prime Minister Joseph Muscat meets delegation from the European Parliament

INVESTIGAZZJONIJIET IVVIZZJATI

Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ ...
Read More
refugees-in-libya

700,000 IMMIGRANT JISTENNEW FIL-LIBJA BIEX JAQSMU LEJN L-EWROPA

Gruppi armati li jittraffikaw l-immigranti jinsabu fil-Libja biex jittraffikaw aktar immigranti lejn l-Ewropa. Bħalissa hemm 700,000 immigrant fil-Libja lesti biex ...
Read More
_0004_mali-childrenfoodschool-wp

GĦAJNUNA LIL AFRIKA

Franza u tliet pajjiżi tal-Benelux – Belġju, Lussemburgu u Olanda ħabbru pjan biex joffru fondi tal-UE lil pajjiżi Afrikani jekk ...
Read More
_0000_militiaeu

MILIZJI KONTRA L-IMMIGRANTI FL-EWROPA ĊENTRALI

L-Awtoritajiet Ċeki u Sloveni jinsabu mħassba dwar milizji armati li qed jgħassu għall-immigranti. Rapport tas-servizzi sigrieti Ċeki jitkellem dwar il-grupp ...
Read More
_0005_euicon

MIRI FUQ IL-KARTA

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ...
Read More
_0006_business-owner

APPROVATI PROPOSTI TA’ ALFRED SANT

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali ...
Read More
_0007_ukraine

KONTRA ELEZZJONIJIET FL-UKRAINA TAL-LVANT

L-UE hija kontra l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li se jseħħu f’Luhansk u Donetsk fil-11 ta’ Novembru 2018. “Din l-aħbar tmur ...
Read More
_0002_maltesebooks

NIPPROTEĠU L-ARTISTI MALTIN

L-artisti u l-awturi Maltin u Għawdxin, l-imħuħ kreattivi fl-Ewropa u l-media indipendenti għandhom jiġu protetti u mħallsa b’mod ġust għax-xogħol ...
Read More