Ir-riżoluzzjoni tal-2015 ta’ Mario Draghi, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew hija li jnaqqas id-diflazzjoni. Id-diflazzjoni tista’ tkun ikkawżata minn tnaqqis fin-nefqa tal-gvernijiet u tas-settur privat. Id-diflazzjoni, l-oppost tal-inflazzjoni, twassal għal żjieda qawwija fil-qgħad peress li jkun hemm domanda anqas fl-ekonomija. Dan jista’ jwassal ukoll għal dipressjoni ekonomika. Draghi qal li jinsab determinat li matul is-sena l-ġdida l-Bank Ċentrali Ewropew jiżgura li jinħoloq investiment ġdid fl-Ewropa biex jinħolqu impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ.

Facebook Comments

Post a comment