Skond il-Kummissjoni Ewropea, is-sewwieqa għandhom tliet darbiet aktar ċans li jiksru l-liġi tas-sewqan meta jsuqu barra minn pajjiżhom. Il-Kunsill tal-Ewropa għadu kif adotta d-direttiva li permezz tagħha l-istati membri jaqsmu informazzjoni dwar il-persuni li jkunu kisru xi regola tas-sewqan. Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jibdew jagħtu multi lil dawk iċ-ċittadini li jkunu ġejjin minn stati membri oħra meta jiksru r-regolamenti tas-sewqan fit-territorju tagħhom.
Il-multi se jingħataw lil min jinqabad isuq b’veloċita`, lil min ma jużax iċ-ċinturin tas-sigurta`, lil min jinstab li qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol jew droga, lil min qed juża mobajl huwa u jsuq, lil min qed isuq bla ħelmit u lil min ikun qed isuq fin-naħa l-ħażina.
L-istati membri għandhom sas-6 ta’ Mejju ta’ din is-sena biex idaħħlu din id-direttiva fil-liġijiet tal-pajjiż. Id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda għandhom sentejn oħra biex jikkonformaw ma’ din id-direttiva.

Facebook Comments

Post a comment