Ir-raħħala Għawdxin u Maltin jeħtieġu appoġġ sħiħ mill-Gvern biex ikun żgurat ħidmiethom fil-produzzjoni tal-ħalib. Ir-raħħala qed jaffaċċjaw kompetizzjoni żbilanċjata minn mindu Malta ngħaqdet mal-UE. Filwaqt li r-raħħala Għawdxin u Maltin jaħdmu fuq skala żgħira ħafna, il-kompetituri Ewropej tagħhom għandhom azjendi agrikoli fuq skala ferm akbar li jippermettulhom joħorġu bi prezzijiet aħjar.

Dan qalu Alfred Sant meta żar ir-razzett tal-baqar tas-Sur Salvu Tabone f’Ta’ Kerċem Għawdex. Dil-familja ilha trabbi l-baqar għal produzzjoni tal-ħalib għal bosta snin.

Hemm madwar mitt baqra f’dan ir-razzett. L-ispejjeż tar-razzett u tal-għalf tal-annimali żdiedu ferm f’dawn l-aħħar snin. L-għalf jammonta għal 50-70% tal-ispejjeż totali fil-produzzjoni tal-annimali.

In-numru ta’ baqar fir-razzett tiegħu naqas bi kwart f’dawn l-aħħar erba’ snin.

Alfred Sant  qal li se jagħmel l-għalmu tiegħu biex jgħin lir-raħħala Għawdxin u Maltin jirċievu l-għajnuna bl-użu ta’ fondi Ewropej li jipprovdu inċentivi għal bdiewa u r-raħħala biex imantnu l-livelli attwali tal-produzzjoni f’setturi jew reġjuni speċifiċi fejn għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali jgħaddu minn ċerti diffikultajiet.

Sant qal is-soċjeta` tagħna għandha tiżgura li l-irziezet tal-bhejjem madwar Malta u Għawdex jibqgħu fuq saqajhom. Huwa inkwetanti ħafna li l-bdiewa tal-bhejjem tagħna kontinwament jistaqsu lilhom infushom jekk jagħmilx sens li jkomplu fil-ħidma tal-produzzjoni tal-bhejjem fl-irziezet tagħhom.

_0005_boeing-737-max-8

INKWIET GĦALL-BOEING 737

It-tip ta’ ajruplan Boeing 737 kien involut f’żewġ inċidenti fatali f’dawn l-aħħar ħames xhur. L-aħħar traġedja seħħet meta t-titjira 302 ...
Read More
_0007__mg_0839

FL-INTERESS TA’ GĦAWDEX DAQS TAL-PAJJIŻI L-KBAR

Alfred Sant qal li rridu niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin ikunu ta’ benefiċċju għal ...
Read More
_0006__mg_9871

IL-GWU FAVUR ŻJIEDA FIL-PAGA MINIMA FL-EWROPA

Il-GWU taqbel mal-proposta ta’ Alfred Sant li wasal iż-żmien li tiżdied il-paga minima fl-Ewropa. Delegazzjoni tal-GWU immexxija minn Josef Bugeja ...
Read More
_0004_huawei

IĊ-ĊINA ‘AVVERSARJU’ TAL-EWROPA

Iċ-Ċina qed tiġi kkonsidrata ‘avversarju’ mill-Kummissjoni Ewropea li qed thedded li tagħfas aktar fuq ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-investimenti fl-Ewropa ...
Read More
_0001_turkey

IT-TURKIJA TITBIEGĦED MIN-NATO

It-Turkija taħt Erdogan qiegħda titbiegħed kontinwament mill-Istati Uniti u in-NATO u tersaq aktar qrib ir-Russja. It-Turkija għadha membru tan-NATO imma ...
Read More
_0008__mg_0685

IR-RAĦĦALA JEĦTIEĠU APPOĠĠ SĦIĦ

Ir-raħħala Għawdxin u Maltin jeħtieġu appoġġ sħiħ mill-Gvern biex ikun żgurat ħidmiethom fil-produzzjoni tal-ħalib. Ir-raħħala qed jaffaċċjaw kompetizzjoni żbilanċjata minn ...
Read More
_0000_vox

SPANJOLI ID F’ID MA’ ORBAN

Il-partit tal-lemin estrem Spanjol Vox irid jiddefendu l-Ewropa u n-nazzjonijiet tagħha minn dak li qed isejjaħ “globalizzazzjoni ta’ Merkel, Macron ...
Read More
_0002_tajani

TAJANI IFAĦĦAR LIL MUSSOLINI

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qiegħed fil-mira tal-kontroverjsa minħabba kummenti dwar il-faxxist Benito Mussolini. Tajani qal li Mussolini wettaq affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment