Wara li jitlaq mill-UE, ir-Renju Unit se joħloq pjan biex jibqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi għall-kummerċ madwar id-dinja, qalet il-Prim Ministru Ingliża Theresa May.

May qalet lil kabinett tagħha li r-Renju Unit se jfittex li jikkontrolla n-numru ta’ nies li jemigraw f’pajjiżha mill-Ewropa iżda wkoll se jfittex triq pożittiva għal dawk li jagħmlu l-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi.

Fost il-ministri ħadd ma jaf preċiż liema forma se jkollu l-Brexit. Hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-bilanċ bejn l-aċċess għas-suq ħieles u l-kontroll tal-immigrazzjoni li bħalissa kważi laħaq livelli rekord. Kull ministru ntalab jagħti l-prijoritajiet fin-negozjati u l-opportunitajiet li jista’ joffri l-Brexit fl-oqsma differenti tagħhom.

Theresa May beħsiebha tinvoka Artiklu 50 (il-mekkaniżmu formali li bih jibda l-perijodu ta’ negozjati u li jdum sa massimu ta’ sentejn) fil-bidu tas-sena l-ġdida mingħajr vot fil-parlament. May żgur mhux se ssejjaħ it-tieni referendum u se tibqa’ għaddejja biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE.

Fix-xhur tas-Sajf sar ħafna xogħol biex il-pajjiż iħejji ruħu għan-negozjati tat-tluq mill-UE. Ir-Renju Unit qed iħares lejn l-opportunitajiet li issa huma miftuħa għalih u li bihom ikollu rwol ġdid fuq livell dinji. In-negozjati se jkollhom l-għan li jiksbu l-aħjar ftehim għal poplu Brittanniku u l-aħjar ftehim għar-Renju Unit fuq livell internazzjonali. Il-kabinett iddiskuta wkoll kif il-Brexit għandu jaħdem għall-Iskozja u għal Wales.

Membri għolja taċ-Ċivil intalbu jaħsbu f’possibilitajiet differenti bejn l-idea ta’ aċċess sħiħ għas-suq ħieles u restrizzjonijiet limitati fil-qasam tal-immigrazzjoni – din il-possibilita` qed tissejjaħ ‘soft brexit’ – u l-idea ta’ ‘hard Brexit’ li tfisser li jidħlu kontrolli iebsa fuq il-fruntieri, tariffi fuq il-kummerċ u anki visas għaċ-ċittadini Ewropej li jridu jmorru vaganza fir-Renju Unit.

Kollox għadu miftuħ għad-diskussjoni, iżda hemm qbil li l-aċċess tas-suq ħieles, speċjalment għal industrija Ingliża tas-servizzi finanzjarji għandha tieħu prijorita` fin-negozjati.

Il-mexxejja Ewropej ilhom jistqarru li jkun hemm aċċess għas-suq ħieles jekk ikun hemm iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema kif ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-baġit Ewropew. Il-maġġoranza tal-poplu Brittanniku vvota favur il-Brexit l-aktar minħabba l-imigrazzjoni u l-kontribuzzjoni ta’ pajjiżhom fil-baġit Ewropew. Meta jibdew in-negozjati, żgur se jkun hemm tensjoni kbira dwar dawn l-oqsma. L-UE ma tistax tidher ġeneruża wisq mar-Renju Unit għax ma tkunx trid tqanqal ix-xewqa li aktar pajjiżi jitħajru joħorġu mill-UE.

 

 

IS-SIGURTA` FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA

Is-Summit ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru se jkun iffukat fuq is-sigurta` interna u esterna tal-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel is-Summit kien maħsub ...
Read More

ERDOGAN XKIEL GĦAS-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-EWROPA

L-applikazzjoni tat-Turkija biex issir membru tal-Unjoni Ewropa se tiffaċċja aktar xkiel sakemm jibqa’ jmexxi l-President Recep Tayyip Erdogan. Dan qalu ...
Read More

IR-RENJU UNIT IFITTEX OPPORTUNITAJIET ĠODDA

Wara li jitlaq mill-UE, ir-Renju Unit se joħloq pjan biex jibqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi għall-kummerċ madwar id-dinja, qalet il-Prim Ministru ...
Read More

ANQAS IMMIGRANTI JASLU L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa Awwissu waslu 105, 663 immigrant fl-Italja, ċifra li hija 8% anqas mill-istess perijodu s-sena l-oħra ...
Read More

MA JAQBLUX DWAR IS-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Litwanja qalet li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kunflitt tal-Ukraina għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż titjieb. Dan wara li s-Slovakkja ...
Read More

REAZZJONI FURJUŻA KONTRA BARROSO

Il-ħatra ta’ Jose` Manuel Barroso, ex-President tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Goldman Sachs International, ġabet reazzjoni furjuża minn politiċi Ewropej. Il-ħatra qanqlet ...
Read More

FRANZA KONTRA T-TTIP

Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP ...
Read More

ARINGI FLOK SOTTOMARINI RUSSI

Fis-snin tmenin in-navy Svediża kienet spiss tisma’ ħsejjes taħt il-baħar. Dawn il-ħsejjes għal ħafna snin ġew ikklassifikati bħala sottomarini Russi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment