Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li r-Renju Unit jeħtieġ xhur ta’ preparazzjoni qabel jiftaħ id-diskussjonijiet għall-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Ma hemmx data fissa għat-tnedija tad-diskussjonijiet għax huwa l-pajjiż stess li jattiva artiklu 50 tat-trattati. Juncker ikkritika lill-pajjiż li ma ppreparax aħjar għal possibilita` li jitlaq mill-UE u qal li kien jippreferi kieku d-diskussjonijiet jibdew mill-aktar fis. “Kont nippreferi kieku ir-Renju Unit ippreżenta l-ittra ta’ riżenja tiegħu malajr kemm jista’ jkun. Ħsibt li l-Brittanniċi, speċjalment dawk li riedu joħorġu mill-UE, ippreparaw għal din il-possibilita`,” qal Juncker.

Għall-ewwel Juncker ipprova jitfa’ pressjoni fuq ir-Renju Unit biex jattiva artiklu 50 malajr u jibda l-proċess ta’ ħruġ. F’sessjoni ta’ emerġenza li seħħet ġimgħa wara l-vot Ingliż, Juncker ħeġġeġ biex il-pajjiż jiċċara l-futur tiegħu. “Irrid li r-Renju Unit jiċċara l-pożizzjoni tiegħu. Mhux illum, mhux għada fid-9 ta’ filgħodu, imma malajr kemm jista’ jkun,” qal lil Membri tal-Parlament Ewropew fi Brussell u żied jgħid li l-UE ma jistax jibqa’ fi stat twil ta’ inċertezza.

Il-Prim Ministru l-ġdida Theresa May qalet lil Juncker li r-Renju Unit għandu bżonn iż-żmien biex jipprepara għan-negozjati wara r-riżultat tar-referendum.

Juncker ikkonferma li, jekk ir-Renju Unit ma jaċċettax il-moviment ħieles tal-ħaddiema, se jitlef l-aċċess għas-suq ħieles. “Mhux se jkun hemm aċċess għas-suq ħieles għal dawk li ma jaċċettawx ir-regoli – mhux se jkun hemm eċċezzjonijiet – hekk tisħaq in-natura tas-sistema tas-suq ħieles,” qal Juncker. Il-President Franċiż Francois Hollande jaqbel ma’ Juncker u qal li jekk ir-Renju Unit iwaqqaf il-moviment tal-ħaddiema, jitlef l-aċċess għas-suq ħieles.

SAJF TA’ BIŻA’

L-attakki terroristiċi fl-Ewropa saru n-normalita`. F’anqas minn ġimagħtejn il-kalma fl-Ewropa sfat mhedda minn attakki vjolenti fl-Ewropa li ħallew għexieren ta’ ...
Read More

FRANZA TITLOB L-GĦAJNUNA TAL-EWROPA

It-terrur tal-aħħar ġranet kompla żied l-inċertezza fi Franza li għadha u se tibqa’ fi stat ta’ emerġenza sa tmiem is-sena.  ...
Read More

IR-RENJU UNIT MA KIENX LEST GĦAL BREXIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li r-Renju Unit jeħtieġ xhur ta’ preparazzjoni qabel jiftaħ id-diskussjonijiet għall-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Ma ...
Read More

IŻOMMU D-DRITTIJIET TAGĦHOM SAKEMM IR-RENJU UNIT JIBQA’ FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li ċ-ċittadini tas-27 pajjiż Ewropew li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittanniċi li jgħixu fil-pajjiżi tal-UE se ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW MA JĊAĊLAQ XEJN

Fl-ewwel deċiżjoni tiegħu wara l-Brexit, il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li ma jmissx ir-rati ta’ interessi u għajnuniet finanzjarji oħra u ...
Read More

PROPOSTI GĦALL-INVESTIMENT FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) għandhom jipprovaw jippreżentaw proposti validi dwar l-investiment, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ...
Read More

BIL-PIENA KAPITALI T-TURKIJA MA SSIRX MEMBRU TAL-UE

Il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew qal li bl-introduzzjoni tal-piena kapitali, it-Turkija taqta’ ħesrem in-negozjati mal-UE. Wara l-attakki vjolenti fuq l-awtoritajiet ...
Read More

KAPITLI IMPORTANTI GĦAS-SĦUBIJA TAS-SERBJA

L-UE u s-Serbja fetħu żewġ kapitli importanti fil-proċess ta’ sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni: kapitlu 23 dwar għodda ġudizjarji u ...
Read More

IMWISSIJA MA JFITTXUX MOSTRI FIL-BOSNJA

Filwaqt li bosta żgħażagħ qed jieħdu gost jilagħbu l-‘Pokemon Go’, qed ikun hemm il-periklu ta’ inċidenti, l-aktar fil-Bosnja. F’dan il-pajjiż ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment