Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lir-Rumanija tiġbor lura €335 miljun f’għajnuna tal-istat li mhux kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Dawn il-miljuni ntefqu għall-kumpanija tal-petrokimika Oltchim.

F’April tal-2016 il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni biex tara dawn il-miżuri kinux konformi mar-regoli tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni inizjalment ikkunsidrat li dawn il-miżuri kienu jammontaw għal għajnuna mill-Istat, billi l-ebda kreditur privat ma kien se jimplimenta miżuri ta’ dan it-tip għal kumpanija. L-istituzzjoni mbagħad evalwat l-għajnuna fid-dawl tar-regoli ta’ ristrutturar. Dawn ir-regoli jagħmluha possibbli biex l-istat jappoġġja kumpanija, b’mod partikolari jekk din tkun soġġetta għal pjan sod ta’ ristrutturar u tkun se tikkontribwixxi għall-ispiża tar-ristrutturar tagħha.

F’dan il-każ, il-Kummissjoni sabet li ħadd ma għarrafha b’xi pjan ta’ ristrutturar u li l-ebda investitur ma ppjana li jikkontribwixxi għall-ispiża tar-ristrutturar ta’ Oltchim. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna kienet inkompatibbli mal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u ordnat lil Bukarest jirkupra l-ammont ta’ €335 miljun.

alfredsant-2018

SE NIBQA’ NĦARES L-INTERESS TA’ MALTA FL-EWROPA

Alfred Sant wiegħed li se jibqa’ impenjat fil-ħarsien tal-interess tal-Maltin u l-Għawdxin fil-qasam tar-relazzjonijiet mal-Ewropa sal-aħħar tal-mandat parlamentari preżenti u ...
Read More
_0003_euros

IŻ-ŻONA EWRO SE JKOLLHA L-BAĠIT TAGĦHA 

Il-membri taż-żona ewro qablu dwar baġit wieħed komuni, bid-daqs tiegħu jiġi determinat wara l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019. Pjanijiet għal ...
Read More
w_0000_amazon

FRANZA SE DDAHHAL €500 MILJUN FIS-SENA

Franza żdiedet mal-lista ta’ stati membri li telqu għal rashom u li se jdaħħlu taxxa għal kumpaniji diġitali. Dan wara ...
Read More
w_0004_euco-december-day-2

JAQBLU LI JIFTEHMU DWAR IL-BAĠIT EWROPEW

It-28 stat membru tal-UE qablu dwar l-impenn tagħhom li jilħqu ftehim dwar il-Budget Ewropew (2021-2027) sal-Ħarifa tal-2019. Il-Kunsill tal-UE qed ...
Read More
w_0001_oltchim

IR-RUMANIJA ORDNATA TIRKUPRA €350 MILJUN F’GĦAJNUNA TAL-ISTAT ILLEGALI

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lir-Rumanija tiġbor lura €335 miljun f’għajnuna tal-istat li mhux kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-miljuni ntefqu għall-kumpanija ...
Read More
w_0003_jordan-refugee-camp

€122 MILJUN GĦAR-REFUĠJATI SIRJANI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret proġetti ġodda għar-refuġjati Sirjani li qed jiġu milqugħa minn komunitajiet fil-Ġordan, Iraq u Turkija u li jammontaw ...
Read More
w_0002_kremlin

L-UE IĠĠEDDED IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA

L-Unjoni Ewropea ġeddet is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja minħabba r-rwol tagħha fil-kunflitt tal-Lvant tal-Ukraina. Il-flotta navali Russa f’Novembru attakkat u kkonfiskat ...
Read More
_0000_warsaw

IL-POLONJA ORDNATA TBIDDEL IL-LIĠI DWAR IL-ĠUDIKATURA

Il-Qorti ewlenija tal-Unjoni Ewropea iddeċidiet li l-Polonja għandha tissospendi l-liġi li niżżlet l-eta` tal-irtirar għal ġudikanti u li allura tisforzahom ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment