Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov qal lill-Kunsill tal-Ewropa li r-Russja kienet qed tissospendi l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tagħha fil-baġit tal-istituzzjoni. Dan qed isir sakemm jerġgħu jiddaħħlu b’mod sħiħ id-drittijiet tad-delegazzjoni Russa fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

It-18-il Parlamentari Russi raw id-drittijiet tal-votazzjoni tagħhom jiġu sospiżi f’April tal-2014 wara l-okkupazzjoni tal-Krimea. Minn dak inhar il-Parlamentari Russi ħarġu ’l barra u ma reġgħux ħadu s-siġġu tagħhom.

Il-Ministru Lavrov ħabbar ukoll li s-sitwazzjoni diplomatika qed tiggrava u li dawk li qed jipprovaw jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet mar-Russja qed jiġu ppersegwitati. B’din l-aħbar Lavrov seta’ kien qed jirreferi għal President tal-Assemblea Pedro Agramunt, li dejjem sejjaħ għal djalogu ma’ Moska u li bħalissa qed jiġi kkritikat għax, mingħajr talba uffiċċjali, iltaqa’ ma’ Bachar al-Assad.

Ir-Russja hija fost l-iktar pajjiżi li jikkontribwixxu finanzjarjament fil-Kunsill tal-Ewropa, flimkien mal-Ġermanja, Franza, Italja, Turkija u r-Renju Unit. Ir-Russja tipprovdi 7% tal-baġit tal-istituzzjoni, kważi €32 miljun. Issa r-Russja qed tipperikola li tkun eskluża minn dan il-forum diplomatiku li fih investiet ħafna tul il-21 sena li ilha membru tiegħu.

TRAFFIKANTI JAGĦMLU €1.4 BILJUN EWRO MIL-LIBJA BISS

It-trasport tal-immigranti sar negozju li jrendi tajjeb għat-traffikanti tal-persuni, li qed jagħmlu profitt ta’ €1.4 biljun ewro fil-Libja biss. Bil-profitti ...
Read More

PJAN EWROPEW TA’ DIFIŻA JINJORA L-INTERESSI TAL-PAJJIŻI NEWTRALI

Pjan Ewropew komuni għad-difiża jinjora l-interessi tal-pajjiżi newtrali filwaqt li jfassal struttura li taħdem fuq żewġ livelli -  ta’ pajjiżi ...
Read More

IR-RUSSJA TWAQQAF IL-KONTRIBUZZJONI TAGĦHA LEJN IL-KUNSILL TAL-EWROPA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov qal lill-Kunsill tal-Ewropa li r-Russja kienet qed tissospendi l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tagħha fil-baġit tal-istituzzjoni. Dan ...
Read More

JINŻEL IL-QGĦAD FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

Ir-rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha niżlet minn 8.7% f’Mejju tal-2016 għal 7.8% f’Mejju tal-2017. Fiż-żona ewro l-qgħad naqas minn 10.2% ...
Read More

STATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA BŻONN IL-FLESSIBILITA` FIT-TAXXA

Stati Ewropej li għandhom riżorsi limitati, speċjalment dawk fil-periferija tal-Ewropa, għandhom bżonn il-flessibilita` fit-taxxa biex iżidu l-attivita` ekonomika. Dan qalu ...
Read More

ID-DOLLARU JIBQA’ QUDDIEM L-EWRO

Id-dollaru Amerikan baqa’ aktar b’saħħtu mill-Ewro tant li fil-perijodu 2016-2017 ir-rwol tal-ewro fis-swieq finanzjarji naqas.  L-Ewro baqgħet it-tieni l-aktar munita ...
Read More

MALTA SE TITLEF ALLEAT FL-UE

Malta, l-Olanda u r-Renju Unit kellhom vuċi b’saħħitha dwar is-servizzi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea kontra l-pożizzjoni tal-Ġermanja u Franza li togħrokhom ...
Read More

FTEHIM BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Intlaħaq qbil dwar ftehim ħieles komuni bejn il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment