Żgħażagħ Għawdxin jixtiequ aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, minkejja li jifhmu li llum ikollhom jagħmlu karriera f’Malta jew lil hinn minnha. F’laqgħa mal-MEP Alfred Sant f’Għawdex dawn saħqu għal aktar investiment fl-infrastruttura tal-ekonomija, fosthom it-tieni ‘Fibre optic cable’. L-istudenti saħqu għal sinerġija aħjar bejn l-istituzzjonijiet akkademiċi u vokazzjonali u d-dinja tax-xogħol.  Semmew it-tħassib tagħhom dwar l-inugwaljanza fil-pagi f’Malta u f’Għawdex. Dwar opportunitajiet ta’ xogħol fl-industrija tat-turiżmu, iż-żgħażagħ u Dr Sant qablu li hemm nuqqas ta’ investiment f’dan il-qasam. Iż-żgħażagħ semmew l-involviment tagħhom biex jinkoraġġixxu żgħażagħ oħra jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f’laqgħat u attivitajiet sportivi.

Dr Sant qal li sfortunatament il-qagħda f’Għawdex hija riflessa fi gżejjer żgħar oħra f’Ċipru, l-Italja, Spanja, il-Greċja u l-Kroazja li għandhom sfidi simili. Dawn il-gżejjer għandhom problemi ta’ konnettivita` u attivitajiet ekonomiċi limitati.

Dr Sant qal li sakemm l-Unjoni Ewropea ma tillaxkax ir-regoli u l-politika tagħha, gżejjer żgħar bħal Għawdex jibqgħu jitilfu aktar żgħażagħ li jkollhom ifittxu l-futur tagħhom f’Malta. Huwa stieden liż-żgħażagħ jattendu għal Konferenza dwar l-iżvilupp ta’ Għawdex fl-Ewropa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru fil-Grand Hotel, l-Imġarr Għawdex.

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ L-UNGERIJA

Ir-referendum tal-Ħadd li għadda fl-Ungerija kif se jiġi interpretat? L-Ungeriżi ġew mitluba jivvotaw dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea li ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA FAVUR DIFIŻA KOMUNI

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini għaddejja bil-konsultazzjonijiet biex jintlaħaq qbil dwar żviluppi ġodda fil-qasam tas-sigurta` u d-difiża komuni ...
Read More

JIPPREŻENTA RAPPORT DWAR INVESTIMENTI ĠODDA FL-UE

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant, rapporteur għal grupp tal-S&D, ippreżenta rapport dwar investimenti ġodda fi ħdan l-Unjoni waqt laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku ...
Read More

DISKUSS IL-KUMMERĊ BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Il-Ġappun determinat li jagħti spinta lin-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles u investiment mal-UE. Il-Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom laqgħet din ...
Read More

BDIEWA GĦAWDXIN IRIDU JIPPENETRAW IS-SWIEQ EWROPEJ

Bdiewa Għawdxin se jressqu l-proposti tagħhom lil Alfred Sant f’rapport formali biex isegwih f’livelli differenti tal-Parlament Ewropew bl-għan li jżidu ...
Read More

IRIDU AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX

Żgħażagħ Għawdxin jixtiequ aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, minkejja li jifhmu li llum ikollhom jagħmlu karriera f’Malta jew lil hinn ...
Read More

200 SENA ILU IVVINTAW L-ISTETOSKOPJU

FL-1816 fi sptar f’Pariġi it-tabib Rene` Laennec kellu pazjenta tbati minn problemi f’qalbha. Ftit kien hemm xi jsir ħlief li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment