Il-pajjiżi tal-VISEGRAD – il-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja qed iwissu kontra ‘d-diżintegrazzjoni’ tal-Ewropa. Dawn qalu li kull forma ta’ kooperazzjoni trid tkun miftuħa għal kull stat membru. M’għandu jkun hemm l-ebda forma ta’ diżintegrazzjoni tas-suq wieħed, taż-żona Schengen u tal-Unjoni Ewropea nfisha.
“Ma rridux aktar Ewropa, ma rridux anqas Ewropa : Irridu Ewropa aħjar.” qalet il-Prim Ministru tal-Polonja Beata Szydlo.
L-erba’ pajjiżi ddefendew din il-pożizzjoni bi tħejjija għas-summit ta’ Ruma. Il-mexxejja ltaqgħu f’Varsavja biex ħarġu dikjarazzjoni flimkien bħala kontribut għad-dibattitu dwar il-futur tal-UE ta’ 27 stat membru.
Il-grupp saħaq dwar il-ħtieġa tas-suq ħieles, favur awtonomija strateġika għall-UE, it-tisħiħ tal-Parlamenti Nazzjonali, aktar komunikazzjoni diretta u sinċiera u kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-valuri tal-UE – id-dinjita` umana, il-liberta`, id-demokrazija, l-ugwaljanza, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett lejn il-liġijiet għadhom validi, qalu l-mexxejja tal-VISEGRAD.

X’SE JGĦIDU F’RUMA GĦALL-PROPOSTI TA’ VERSAILLES?
Read More

IRIDU EWROPA AĦJAR
Read More

IL-PASSAT RIĊENTI VITALI GĦALL-FUTUR
Read More

IL-KE TANALIZZA L-ISFIDI EKONOMIĊI TAS-27 STAT MEMBRU
Read More

IS-SOVRANITA` FIT-TASSAZZJONI TRID TKUN IMĦARSA
Read More

JINTBAGĦTU LURA PAJJIŻHOM
Read More

SAJJIEDA MALTIN IMĦASSBA BIL-KWOTI TAL-PIXXISPAD
Read More

AKTAR KONTROLLI MAL-FRUNTIERI
Read More
Post a comment