Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni se tkun diskussa fl-20 ta’ Marzu f’Assemblea politika tal-grupp politiku fi Brussell. Aktarx se jintlaħaq qbil li jittieħed vot għall-espulsjoni tal-partit Fidesz ta’ Orbán mill-PPE qabel din il-laqgħa kruċjali tal-Assemblea.

Tnax-il membru tal-PPE qed jirribellaw kontra t-tmexxija tal-PPE li dejjem saħqet li wieħed bħal Orbán aħjar jinżamm fi ħdan il-PPE milli jsir avversarju.

Is-Segretarju tal-Istat Ungeriż għar-relazzjonijiet internazzjonali Zoltán Kovács, qal li Fidesz ma jridx iħalli lil PPE iżda jrid ibiddlu minn ġewwa.

Id-deputati ribelli tal-PPE jinsabu mħassba li l-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej se tkun imtebbgħa b’mistoqsijiet kontinwi dwar l-affiljazzjoni ta’ Orbán mal-PPE, fatt li jista’ jtellef numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew.

Osservaturi politiċi jaħsbu li Fidesz mhux se jkun imkeċċi mill-PPE għax kollox jiddependi mill-pożizzjoni tal-Partit Kristjan-Demokratiku Ġermaniż CDU. Għadd ta’ membri nazzjonali tal-PPE aktarx jieħdu l-pożizzjoni tas-CDU li sa ftit ilu kien immexxi mill-Kanċilliera Angela Merkel.

Orbán bagħat żewġ rappreżentanti tiegħu Gergely Gulyás u Zoltán Balog biex jiltaqgħu ma’ Annegret Kramp-Karrenbauer f’attentat biex jirbħu l-appoġġ tagħha. Kramp-Karrenbauer se tieħu post Angela Merkel.

_0001_alfredsant-conference

 VUĊI WAĦDA  FL-EWROPA

F’konferenza dwar il-futur ta’ Malta fl-Ewropa fil-Qawra Alfred Sant qal irridu niżguraw li Malta jkollha vuċi waħda fil-Parlament Ewropew li ...
Read More
orban

IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE

Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni ...
Read More
_0005_emmanuel-macron

MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW

Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, ...
Read More
junker-soros

JUNCKER  SKREDITAT FL-UNGERIJA

L-Ungerija ħabbret li fil-15 ta’ Marzu se twaqqaf kampanja pubbliċitarja kontra Jean-Claude Juncker u l-filantropu Amerikan George Soros li matulha ...
Read More
polish-army

FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA

Il-Gvern Pollakk ħabbar li sa 2026 se jonfoq €43 biljun biex isaħħaħ id-difiża ta’ pajjiżu u jimmodernizza l-forzi armati. Se ...
Read More
_0000_alfredsant-students

SKONNETTJATI  MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ

Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan ...
Read More
farm1

FONDI GĦALL-BDIEWA   

Alfred Sant ħeġġeġ bdiewa Maltin u Għawdxin japplikaw għal fondi Ewropej mis-sena 2021 li jistgħu jiffaċilitaw il-bejgħ tal-prodotti agrikoli tagħhom ...
Read More
belarus

IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT

Il-Belarus trid relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Punent anki jekk dan xejn m’hu jinżel tajjeb mal-alleat tradizzjonali tagħha r-Russja. Belarus kellha nuqqas ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment