Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni se tkun diskussa fl-20 ta’ Marzu f’Assemblea politika tal-grupp politiku fi Brussell. Aktarx se jintlaħaq qbil li jittieħed vot għall-espulsjoni tal-partit Fidesz ta’ Orbán mill-PPE qabel din il-laqgħa kruċjali tal-Assemblea.
Tnax-il membru tal-PPE qed jirribellaw kontra t-tmexxija tal-PPE li dejjem saħqet li wieħed bħal Orbán aħjar jinżamm fi ħdan il-PPE milli jsir avversarju.
Is-Segretarju tal-Istat Ungeriż għar-relazzjonijiet internazzjonali Zoltán Kovács, qal li Fidesz ma jridx iħalli lil PPE iżda jrid ibiddlu minn ġewwa.
Id-deputati ribelli tal-PPE jinsabu mħassba li l-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej se tkun imtebbgħa b’mistoqsijiet kontinwi dwar l-affiljazzjoni ta’ Orbán mal-PPE, fatt li jista’ jtellef numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew.
Osservaturi politiċi jaħsbu li Fidesz mhux se jkun imkeċċi mill-PPE għax kollox jiddependi mill-pożizzjoni tal-Partit Kristjan-Demokratiku Ġermaniż CDU. Għadd ta’ membri nazzjonali tal-PPE aktarx jieħdu l-pożizzjoni tas-CDU li sa ftit ilu kien immexxi mill-Kanċilliera Angela Merkel.
Orbán bagħat żewġ rappreżentanti tiegħu Gergely Gulyás u Zoltán Balog biex jiltaqgħu ma’ Annegret Kramp-Karrenbauer f’attentat biex jirbħu l-appoġġ tagħha. Kramp-Karrenbauer se tieħu post Angela Merkel.

VUĊI WAĦDA FL-EWROPA
Read More

IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE
Read More

MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW
Read More

JUNCKER SKREDITAT FL-UNGERIJA
Read More

FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA
Read More

SKONNETTJATI MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ
Read More

FONDI GĦALL-BDIEWA
Read More

IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT
Read More
Post a comment