Il-Partit Syriza reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet fil-Greċja u l-mexxej Alexis Tsipras reġa’ kiseb l-appoġġ tal-poplu għal mandat ieħor. Rebħa qarsa għax Tsipras se jkollu jimplimenta l-pjan ta’ salvataġġ impost mill-istituzzjonijiet tal-UE li jfisser aktar miżuri ta’ awsterita`. Il-poplu Grieg ma ċanfarx lil Tsipras minħabba s-sitwazzjoni staġnata li ġarrbet il-Greċja dan l-aħħar. Tsipras falla fin-negozjati mal-kredituri, u ma wettaqx ir-rieda tal-poplu meta huma vvotaw kontra l-awsterita` filwaqt li hu bħala Prim Ministru vvota favur it-tielet pjan ta’ salvataġġ impost mill-istituzzjonijiet tal-UE. Minkejja dan kollu, baqa’ popolari.

L-elezzjoni tal-Ħadd li għadda kienet it-tielet waħda għal din is-sena. Il-Greċja kellha 6 gvernijiet u 4 elezzjonijiet parlamentari mill-2009, minn meta l-pajjiż sar jiddependi mill-pjanijiet ta’ salvataġġ tal-UE. Il-poplu nħass imxebba’ tant li fl-aħħar ġimgħat ma kienx hemm l-atmosfera kkargata u sħuna li normalment ikun hemm qabel elezzjoni. Il-burdata kienet ferm differenti mill-elettriċita` u l-ħajja li kellha l-elezzjoni tar-referendum tal-5 ta’ Lulju. Dawk li ma ħarġux jivvutaw żdiedu.

B’din l-aħħar elezzjoni ftit li xejn inbidlu l-affarijiet għal Syriza u għall-Parlament Grieg, għajr li Syriza rnexxielha teħles mill-membri parlamentari ribelli, grupp ta’ 25 ruħ, li baqgħu ma aċċettawx il-kundizzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-Gvern ta’ Syriza reġa’ għamel koalizzjoni mal-partit tal-lemin estrem – ‘Il-Griegi Indipendenti’.

Ix-xhur li ġejjin se jfissru tbatija għall-poplu Grieg hekk kif se jkunu implimentati wħud mill-aktar miżuri ħorox ta’ awsterita`. Minkejja li Tsipras kemm-il darba qal li mhumiex ġusti, se jkun hu li se jwettaqhom. Tsipras issa jrid jiggverna waqt li jwettaq dawn il-miżuri. Tgħid se jirnexxielu? Kemm se jipprotesta fit-toroq il-poplu Grieg? Is-saga tal-Greċja tkompli.

 

IS-SAGA TAL-GREĊJA TKOMPLI

Il-Partit Syriza reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet fil-Greċja u l-mexxej Alexis Tsipras reġa’ kiseb l-appoġġ tal-poplu għal mandat ieħor. Rebħa qarsa għax ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI L-AKBAR UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL-POPLI EWROPEJ

L-immigrazzjoni hija l-akbar uġigħ ta’ ras għall-popli ewropej, skont stħarriġ tal-Eurobarometer ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. L-istħarriġ sar bejn is-16 u s-27 ...
Read More

XETTIKU DWAR IL-‘PROPOSTA TA’ KOMPROMESS’ TAL-UE GĦAT-TTIP

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa xettiku mill-‘kompromessi’ li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel dwar it-twaqqif ta’ tribunali speċjali ...
Read More

RAĦĦALA FIL-GŻEJJER TAL-UE L-AGĦAR LI MARRU BL-EMBARGO RUSSU

Ir-raħħala tal-gżejjer u taż-żoni fil-periferija tal-Unjoni Ewropea huma fost l-agħar li ntlaqtu mill-kriżi attwali fis-settur agrikolu minħabba l-embargo Russu fuq ...
Read More

€500 MILJUN MHUX BIŻŻEJJED GĦAT-TELF TAL-BDIEWA MIS-SUQ RUSSU

Il-Membri Parlamentari Ewropej jaħsbu li l-pakket ta’ €500 miljun ewro tal-Kummissjoni għas-settur agrikolu mhux biżżejjed biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-prezzijiet ...
Read More

SUPER MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO

Iż-żona ewro teħtieġ governanza aħjar, teħtieġ li jkollha l-baġit tagħha. Dan jista’ jsir billi jkun hemm ministru tal-finanzi taż-żona ewro ...
Read More

QED JIKBRU D-DIVERĠENZI EKONOMIĊI F’UNJONI LI GĦANDHA L-GĦAN LI TQARREB L-EKONOMIJI LEJN XULXIN’

Il-problema fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea hija li d-diverġenzi ekonomiċi baqgħu jikbru minkejja li l-Unjoni għandha l-għan ewlieni li tqarreb ...
Read More

€235 MILJUN GĦALL-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU LIL PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti pakkett ta’ €235.7 miljun għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku lil pajjiżi ġirien tagħha fil-Mediterran. Minn dawn l-Eġittu se tibbenefika ...
Read More

XAHAR QABEL ELEZZJONI ĠENERALI TIRPILJA L-EKONOMIJA TAL-PORTUGALL

Xahar qabel l-elezzjonijiet fil-Portugall qed tkompli tirpilja l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż. Kompla t-tkabbir ekonomiku (+0.4% tal-PGD għat-tieni kwart tas-sena 2015) ...
Read More

FRANZA B’EKONOMIJA STAĠNATA FL-AĦĦAR TLIET XHUR

Franza hija l-uniku pajjiż fl-UE li baqa’ b’ekonomija staġnata fit-tieni kwart ta’ din is-sena. F’dan il-perijodu, l-ebda pajjiż fl-UE ma ...
Read More

PAJJIŻI ŻGĦAR ŻVANTAĠĠATI EKONOMIKAMENT GĦANDHOM IKUNU KKUMPENSATI BIL-KOMPETIZZJONI FIT-TAXXA

Il-pajjiżi żgħar fil-periferija tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx jinżammu milli jissettjaw taxxi fuq id-dħul ta’ kumpanniji li joperaw f’pajjiżhom biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ...
Read More

X’INU L-OMBUDSMAN EWROPEW?

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga l-ilmenti kontra l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-ilmenti jistgħu jitressqu miċ-ċittadini u mir-residenti tal-pajjiżi ...
Read More

700 ĠŻIRA AKTAR MILLI MAĦSUB FL-ESTONJA

Il-kotba tal-Ġografija fl-Estonja jridu jerġgħu jinkitbu wara li stħarriġ aktar preċiż żvela kif in-numru ta’ gżejjer li jaqgħu taħt l-Estonja ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment