Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li s-saltna tad-dritt f’Malta hija ħajja u b’saħħitha daqs kemm hi b’saħħitha fil-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Dr Sant, li kien qed jagħmel intervent fil-plenarja ta’ Strasburgu waqt id-dibattitu ‘Panama Papers follow-up and the rule of law in Malta’, qal li taħt it-tmexxija ta’ Dr Joseph Muscat l-ekonomija Maltija laħqet rati ta’ tkabbir li qatt ma rajna bħalhom, riżultat li jitfagħna fil-quċċata tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-prosperita` sejra f’kull fergħa tal-popolazzjoni Maltija. Ir-riformi ġew implimentati malajr ħafna. Il-progress fil-liberalizzazzjoni soċjali, id-drittijiet LGBT, l-aċċess għall-edukazzjoni, it-tnaqqis tal-faqar kien mgħaġġel.” qal Alfred Sant.

Dr Sant qal li l-membri tal-Parlament Ewropew li jixtiequ jikkritikaw lill-Gvern Malti jistgħu jagħmlu dan billi jgħidu li l-gvern Malti addotta politika li huma ma jaqblux magħha. Iżda saħaq li l-gvern Malti ddikjara li se jikkoreġi l-iżbalji li saru. “Kritiċi tal-amministrazzjoni Maltija ma għandhomx bażi jgħidu li l-liġi tad-dritt qed tiddgħajjef. Din il-liġi hija ħajja u b’saħħitha f’Malta daqs kemm hi fil-pajjiżi tal-UE. Bħalissa, erba’ investigazzjonijiet maġisterjali qed jistudjaw l-allegazzjonijiet dwar tmexxija ħażina fl-immaniġġjar pubbliku. Qed jipproċedu totalment b’mod indipendenti, skont kif titlob il-liġi tad-dritt.”

Dr Sant qal li l-Prim Ministru Malti wiegħed li jirrispetta l-konklużjonijiet tagħhom. “Ħafna tista’ tiġihom ir-reqqa li Malta qed teċċella fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Madanakollu s-settur qed jaħdem b’konformita` sħiħa mar-regoli tal-UE u tal-OECD. Każijiet individwali qed ikunu ġġeneralizzati b’mod inġust. Il-bażi ta’ dan id-dibattitu l-anqas biss jeżisti. Jekk jingħata kredtu, stqarrijiet li nistgħu nagħmlu dwar il-liġi tad-dritt x’imkien ieħor jista’ jnaqqsilha mill-valur tagħha.”

L-Ewroparlamentari Rumen Cszaba Sogor (EEP) staqsa lil Dr Sant jaqbilx mal-kariga ta’ Ministru tat-Turiżmu li ngħata Konrad Mizzi peress li sena ilu qallu biex jirreżenja. Alfred Sant għal din id-domanda wieġeb: “Il-Prim Ministru jrid jirrispetta l-verdett tal-poplu…..jien ninnota li din il-ħaġa saret f’dan il-każ ukoll.”

IS-SALTNA TAD-DRITT F’MALTA HIJA ĦAJJA U B’SAĦĦITHA

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li s-saltna tad-dritt f’Malta hija ħajja u b’saħħitha daqs kemm hi b’saħħitha fil-pajjiżi l-oħra ...
Read More

DEHRA ĠDIDA GĦALL-ASSEMBLEA NAZZJONALI FRANĊIŻA

Wara l-elezzjonijiet presidenzjali Franċiżi li fihom tela’ l-President Emmanuel Macron, issa qed isiru l-elezzjonijiet parlamentari li fihom jinkisbu s-siġġijiet fil-Parlament ...
Read More

FID-DUBJU N-NEGOZJATI TAL-BREXIT

L-UE qed tistenna li tibda n-negozjati tal-Brexit iżda r-riżultat tal-elezzjonijiet fir-Renju Unit li kellhom l-għan jagħtu aktar saħħa lil PM ...
Read More

UFFIĊĊJI ‘FANTAŻMA’

L-uffiċċji ta’ 248 Ewroparlamentari ma nstabux. Dan ħareġ minn rapport ippubblikat minn ‘Investigative Reporting Denmark’. L-awturi tar-rapport qalu li s’issa ...
Read More

FOND KOMUNI GĦALL-QASAM TAD-DIFIŻA

Il-KE ħabbret fond ġdid għal qasam tad-difiża wara li l-Istati Uniti għamlet pressjoni fuq l-alleati Ewropej tan-NATO biex iżidu l-baġits ...
Read More

L-ISTATI UNITI, IR-RUSSJA, L-UE JEĦTIEĠ JIFTEHMU DWAR IL-LIBJA

Alfred Sant wissa lill-Kungressisti Amerikani u membri parlamentari Ewropej li biex id-diżastru tal-Libja jiġi imrażżan hemm bżonn ta’ ftehim bejn ...
Read More

PROĠETT PILOTA GĦAR-REĠJUNI LI WAQGĦU LURA

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tappoġġja reġjuni bi dħul baxx jew b’nuqqas ta’ tkabbir ekonomiku. Inħawi f’din il-qagħda jinkludu reġjuni ...
Read More

L-UE TINFILTRA S-SUQ ASJATIKU BI FTEHIM MAL-INDJA

Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Indja huwa ta’ benefiċċju iżda mhux għas-setturi kollha. Il-Fundazzjoni Ġermaniża Bertelsmann Stiftung qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment