Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li pajjiżha “għandu relazzjonijiet tajbin ħafna mar-Russja, u rabtiet kulturali u reliġjużi”. Ħafna Serbi jikkonsidraw ir-Russja bħala “ħabiba minħabba l-appoġġ li uriet fis-snin tmenin” imma l-Prim Ministru qalet li din ir-relazzjoni “m’għandhiex tkun ostaklu għall-integrazzjoni Ewropea.”

Mistoqsija dwar ir-relazzjoni militari bejn Belgrad u Moska, Brnabic qalet li fl-2016 minn 16-il eżerċizzju militari multinazzjonali li fih ħadet sehem is-Serbja – 9 kienu mal-Istati Uniti u 2 biss kienu mar-Russja. Fl-2017 minn 15-il eżerċizzju militari – 13 saru man-NATO u 2 mar-Russja. Brnabic qalet li pajjiżha jrid jibqa’ militarment newtrali u filwaqt li tixtieq integrazzjoni Ewropea, is-Serbja ma tridx tkun membru tan-NATO.

L-UE tikkritika lis-Serbja li mhux timxi mas-sanzjonijiet kontra r-Russja fuq il-kriżi tal-Ukraina u l-okkupazzjoni tal-Krimea.

Brnabic qalet li 49% tas-Serbi huma favur l-UE u l-perċezzjoni tan-nies qed iddur favur l-Unjoni. Hi qalet li l-prijoritajiet tagħha se jkunu d-dinja diġitali u l-edukazzjoni, l-istabbilita` ekonomika, riformi fis-settur pubbliku u l-ħarsien tas-saltna tad-dritt.

Is-Serbja taspira li tkun stat membru tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissarju għat-tkabbir tal-UE Johannes Hahn qal li l-progress tas-Serbja huwa inkoraġġanti u qed jittama li jinfetħu kapitli ġodda ta’ negozjar ma’ dan il-pajjiż qabel tmiem din is-sena. Hahn qal li ma għandux dubju li “is-Serbja se ssir membru tal-UE malajr ħafna”.

IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI

Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar ...
Read More

IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA

Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ...
Read More

GĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%

Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li ...
Read More

L-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020

Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem ...
Read More

IL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA                 

Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil ...
Read More

TITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE

Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ...
Read More

IS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE 

Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li ...
Read More

L-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN

Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment