Is-Summit ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru se jkun iffukat fuq is-sigurta` interna u esterna tal-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel is-Summit kien maħsub li jiffoka fuq il-futur tal-UE wara l-BREXIT. Dan huwa Summit ‘informali’ peress li r-Renju Unit għadu ma telaqx mill-UE, iżda l-Prim Ministru Ingliża mhux mistiedna. Mhux mistennija li jkun hemm diskussjoni formali dwar il-BREXIT għax ir-Renju Unit għadha ma tatx data għal Artiklu 50 li jiftaħ il-proċess tad-divorzju bejnha u l-UE.

Fl-aħħar jiem il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel għamlet dak li qed jissejjaħ it-Tour ta’ wara l-Brexit. Merkel ippruvat issib kompromess bejn dawk il-pajjiżi li jridu aktar integrazzjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi li jridu aktar poteri fuq livelli nazzjonali. Merkel kellha għadd ta’ laqgħat ma’ mexxejja tal-istati membri tal-UE . Uħud minnhom jixtiequ aktar integrazzjoni, waqt li oħrajn, bħal pajjiżi tal-Lvant, jixtiequ aktar sovranita` u aktar poteri fuq livell nazzjonali.

Merkel qalet li l-enfasi tas-Summit se jkun fuq il-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ u t-tisħiħ tas-sigurta` fl-Ewropa. “Fi Bratislava għandna nsibu metodi li jtejbu l-ekonomija, il-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ kif ukoll metodi li jsaħħu is-sigurta` interna tal-UE u tal-fruntieri Ewropej. L-UE għandha tirrifletti dwar id-direzzjoni li se tieħu l-UE fil-futur wara d-deċiżjoni tal-BREXIT.”

Settur wieħed fejn qed jintqal li jeħtieġ aktar kooperazzjoni huwa dak tad-difiża u l-ispjunaġġ, li eventwalment jista’ jwassal għat-twaqqif ta’ armata Ewropea. Il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Bohuslav Sobotka qal li s-sigurta` Ewropea u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża, flimkien man-Nato, għandhom jingħataw prijorita` fid-dawl tat-theddid għas-sigurta` u fil-ħtieġa li jkunu protetti aħjar il-fruntieri esterni tal-UE.

Merkel iltaqgħet mal-pajjiżi tal-Visegrad – ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja fejn iddiskutiet il-politika tal-immigrazzjoni. Dawn il-pajjiżi jemmnu li l-Ġermanja emfasizzat wisq l-iskema ta’ rilokazzjoni mandatorja tal-immigranti mingħajr ma kkunsidrat is-sentimenti nazzjonali tal-pajjiżi membri. Fi Praga kien hemm risentiment għall-politika ta’ Merkel.  Raġel ġie arrestat wara li pprova jidħol bil-Mercedes fuq il-karozzi tad-delegazzjoni Ġermaniża.

Merkel iltaqgħet ukoll mal-pajjiżi Nordiċi f’laqgħa mal-Prim Ministri tad-Danimarka, Finlandja, Svezja u Olanda. F’laqgħa separata Merkel tkellmet mal-mexxejja tal-Awstrija, Bulgarija, Kroazja u Slovenja.

Il-Prim Ministru Griek Alexis Tsipras stieden lil mexxejja ta’ Franza, Italja, Spanja, Portugall, Ċipru u Malta għal konferenza bl-għan li tissaħħaħ l-alleanza bejn dawn il-pajjiżi tas-Sud tal-Unjoni Ewropea. Il-laqgħa se ssir għada 9 ta’ Settembru 2016.

IS-SIGURTA` FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA

Is-Summit ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru se jkun iffukat fuq is-sigurta` interna u esterna tal-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel is-Summit kien maħsub ...
Read More

ERDOGAN XKIEL GĦAS-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-EWROPA

L-applikazzjoni tat-Turkija biex issir membru tal-Unjoni Ewropa se tiffaċċja aktar xkiel sakemm jibqa’ jmexxi l-President Recep Tayyip Erdogan. Dan qalu ...
Read More

IR-RENJU UNIT IFITTEX OPPORTUNITAJIET ĠODDA

Wara li jitlaq mill-UE, ir-Renju Unit se joħloq pjan biex jibqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi għall-kummerċ madwar id-dinja, qalet il-Prim Ministru ...
Read More

ANQAS IMMIGRANTI JASLU L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa Awwissu waslu 105, 663 immigrant fl-Italja, ċifra li hija 8% anqas mill-istess perijodu s-sena l-oħra ...
Read More

MA JAQBLUX DWAR IS-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Litwanja qalet li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kunflitt tal-Ukraina għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż titjieb. Dan wara li s-Slovakkja ...
Read More

REAZZJONI FURJUŻA KONTRA BARROSO

Il-ħatra ta’ Jose` Manuel Barroso, ex-President tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Goldman Sachs International, ġabet reazzjoni furjuża minn politiċi Ewropej. Il-ħatra qanqlet ...
Read More

FRANZA KONTRA T-TTIP

Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP ...
Read More

ARINGI FLOK SOTTOMARINI RUSSI

Fis-snin tmenin in-navy Svediża kienet spiss tisma’ ħsejjes taħt il-baħar. Dawn il-ħsejjes għal ħafna snin ġew ikklassifikati bħala sottomarini Russi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment