Is-sitt membri parlamentari Maltin ivvotaw kontra proposti ġodda li jġibu l-istess sistema ta’ tassazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, rapport li qed jipproponi l-armoninazzjoni tat-taxxi għadda b’508 voti favur, 108 voti kontra u 85 astenzjoni. Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista informa minn qabel lil President tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) Gianni Pittella u l-‘co-rapporteur’ tal-S&D Elisa Ferreira dwar il-vot tad-delegazzjoni Maltija membri tal-S&D.

Dr. Sant qal li l-kompetizzjoni fit-taxxi għandha tibqa’ waħda mill-ftit għodod li għad fadlilhom l-ekonomiji nazzjonali. ‘Ir-rapport qed jipproponi, b’mod dirett jew indirett, miżuri li jwasslu għall-armonizzazzjoni fit-taxxi jew għall-konverġenza fit-taxxi madwar l-istati membri. Dan imur kontra l-interessi tal-ekonomiji ż-żgħar fi ħdan l-Unjoni, li huma ħafna aktar limitati mill-ekonomiji l-kbar.’ emfasizza Dr Sant.

Dr Sant qal li l-flessibilita` tal-ekonomiji ż-żgħar tal-UE diġa` ġiet limitata, fost oħrajn, minħabba l-konverġenza fir-rati tal-VAT, ir-regoli tal-istat, il-munita ewro u l-applikazzjoni tar-regoli tas-‘six pack/two pack’ fil-baġits nazzjonali. Dan wassal biex kibru d-diverġenzi bejn partijiet differenti tal-Unjoni, u mhux naqsu. Jekk il-flessibilita` fir-rati ta’ taxxa ta’ dawn l-ekonomiji se tonqos, aktar se jiżdiedu d-differenzi bejn l-istati, u din tkun inġustizzja li hija inaċċettabbli.

Dr. Sant qabel ma’ rakkomandazzjonijiet li jtejbu t-trasparenza relatata mal-miżuri tat-tassazzjoni mħaddma fl-istati membri. ‘Naqbel perfettament ma’ miżuri mfassla apposta fir-rapport biex jippromwovu t-trasparenza fit-taxxa hekk kif ikunu maħduma mill-istati membri. Imma r-rapport ma jagħtix definizzjoni preċiża dwar kompetizzjoni ġusta fit-taxxa. Dan għaliex ixaqleb lejn l-idea ta’ armonizzazzjoni ta’ taxxa fil-pajjiżi kollha tal-UE. ‘Għal dawn ir-raġunijiet, ivvotajt kontra r-rapport.’ Qal Dr Sant.

Business Hand Pushing E-mail On Virtual Screen

Malta u l-Unjoni Ewropea NL28

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Aqra Aktar
Idomeni Greece - September 24 2015: Hundreds of immigrants are in a wait at the border between Greece and FYROM waiting for the right time to continue their journey from unguarded passages

L-IMMIGRAZZJONI TIBQA’ L-IKBAR UĠIGĦ TA’ RAS

L-Ungerija se titla’ fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tappella kontra s-sistema ta’ kwoti obbligatorji għall-immigranti. Dan wara li l-parlament Ungeriż għadu ...
Aqra Aktar
Terrorism concept. Handguns near submachine gun on dark wooden background under beam of light

MIŻURI ĠODDA KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi miżuri ġodda fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Qed tipproponi biex isiru aktar kontrolli fuq l-armi u ġlieda aktar ...
Aqra Aktar
Symbol of terror in Paris with candles and Eiffel tower - landscape orientation copy space

FRANZA TFITTEX IS-SOLIDARJETÀ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-Ġermanja ħabbret li se tagħti għajnuna militari lil Franza fil-ġlieda kontra l-ISIS, fosthom frejgata biex tassisti lill-aircraft carrier Franċiż Charles ...
Aqra Aktar
Car of french police semi-military police force in France

NEFQA TA’ €600 MILJUN AKTAR GĦAL FRANZA

Il-Gvern Franċiż qal li se jonfoq €600 miljun aktar fl-2016 biex iżid il-miżuri ta’ sigurta`. B’dawn il-flus, l-istat Franċiż beħsiebu ...
Aqra Aktar
Alfred SANT in plenary session week 48 2015 in Strasbourg

L-AFRIKA GĦANDHA BŻONN ‘MARSHALL PLAN’

L-Ewropa aljenata wisq bi kriżijiet oħra biex tħaddem pjan ta’ għajnuna simili għall-Marshall Plan għall-pajjiżi Afrikani, pjan li fih l-aġenziji ...
Aqra Aktar
Location shot of colorfully dressed older African women holding musical instruments smiling and happy

€150 MILJUN GĦAL PROĠETTI FL-AFRIKA

L-UE se tinvesti €150 miljun f’disa’ proġetti fl-Afrika bil-ħsieb li titjieb il-governanza, id-drittijiet umani, kif ukoll l-innovazzjoni u t-tagħlim fil-kontinent ...
Aqra Aktar
Vector Image - Turkey and Greece Flags in puzzle isolated on white background.

IL-GRIEGI U T-TOROK IMĦASSBA DWAR IL-FRUNTIERI

Il-Prim Ministru Grieg Tsipras u l-Prim Ministru Tork Davutoglu wiegħdu li se jagħmlu mill-aħjar biex jikkontrollaw il-mewġ ta’ immigranti li ...
Aqra Aktar
Text Tax rates on up trend arrow, with financial data visible on the background.

IS-SITT MEPS MALTIN KONTRA L-PROPOSTI ĠODDA TAT-TAXXI TAL-UE

Is-sitt membri parlamentari Maltin ivvotaw kontra proposti ġodda li jġibu l-istess sistema ta’ tassazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, ...
Aqra Aktar
Young attractive man doing woodwork in carpentry

L-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI : IS-SINSLA TAL-EKONOMIJA TAL-UE

Is-sinsla tal-ekonomija Ewropea u tal-ħolqien tal-impjiegi huma l-intrapriżi żgħar u medji. 9 minn kull 10 intrapriżi fl-Unjoni Ewropea jimpjegaw anqas ...
Aqra Aktar
fountain and Sultan Hamet Mosque or Blue Mosque in Istanbul, Turkey

IT-TURKIJA WARA L-BIEB

Wara suluzzu twil ħafna snin, l-UE mistennija tiftaħ kapitli ġodda ta’ negozjati biex it-Turkija ssir membru sħiħ tal-UE, fosthom kapitlu ...
Aqra Aktar
Women working in an office

L-ESKLUŻJONI TAN-NISA XXEKKEL L-IŻVILUPP TAS-SOĊJETA’

L-esklużjoni tan-nisa minn pożizzjonijiet operazzjonali u ta’ deċiżjoni xxekkel l-iżvilupp tas-soċjeta’. Dan qalu Dr. Alfred Sant, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament ...
Aqra Aktar
Screen Shot 2015-12-03 at 7.03.47 PM

IL-FONDI GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

L-Unjoni Ewropea għandha fondi li jiffinanzjaw proġetti għall-iżvilupp u t-titjib fir-reġjuni differenti tagħha. Dawn jissejħu fondi għall-iżvilupp reġjonali u jistgħu ...
Aqra Aktar
Green Wheat Head in Cultivated Agricultural Field Early Stage of Farming Plant Development Selective Focus with Shallow Depth of Field

L-EFFETTI TAL-AGRIKOLTURA

L-agrikoltura waslet fl-Ewropa madwar 8, 500 sena ilu. Permezz tagħha, il-bnedmin ta’ dak iż-żmien bidlu l-mod ta’ għixien tagħhom u ...
Aqra Aktar