Il-mexxejja soċjal-demokratiċi tal-Ewropa se jiddibattu ideat biex iġeddu s-soċjaliżmu fl-Ewropa, flimkien mas-soċjeta` ċivili u akkademiċi fit-18 u 19 ta’ Ottubru fi Brussell. Il-President tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew Gianni Pittella qal li l-S&D qed tħejji ruħha għat-tellieqa tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019. Is-soċjalisti qed iħarsu ’l quddiem biex joffru alternattiva ġenwina għad-Demokrazija Kristjana u għal forzi populisti fl-Ewropa. Skont Pittella, is-soċjalisti u demokratiċi jridu jantiċipaw aħjar ir-riperkussjonijiet soċjali u t-tibdil li ġġib it-teknoloġija jekk iridu jsiru aktar effettivi.

Tħares fejn tħares fl-Ewropa, minnbarra f’Malta, fl-Islovakkja u l-Portugall, ix-xellug soċjal-demokratiku jinsab b’denbu taħt il-blat fl-Ewropa. Fi Franza ġab inqas minn 10% tal-voti, fi Spanja u fl-Italja naqqas ħafna mill-appoġġ, fl-Olanda ġralu l-istess. Fl-Ungerija u l-Polonja x-xena hija dominata minn partiti tal-lemin u lemin estrem. Fil-Ġermanja s-soċjal-demokratiċi jkunu meqjusa fortunati ħafna jekk ma jnaqqsux mill-voti.

“Biex is-soċjalisti u d-demokratiċi jtejbu ċ-ċansijiet tagħhom fl-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, is-soċjalisti għandhom jikkonċentraw fuq kwistjonijiet li jinteressaw aktar lill-popli – miżuri bħall-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-pagi, il-pensjonijiet, l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Is-soċjalisti u demokratiċi jeħtieġ jitkellmu u jaġixxu dwar is-sitwazzjoni konkreta li n-nies tax-xogħol qed jaffaċċjaw f’pajjiżhom.” irrimarka Alfred Sant f’laqgħa tal-S&D fi Brussell.

Il-grupp tal-S&D  ħa reputazzjoni li qabel kollox qiegħed hemm biex iħares l-għaqda Ewropea. Donnu sar partit li qed ipoġġi fuq quddiem nett mhux l-interessi tal-votanti tiegħu – ħaddiema, impjegati, self employed żgħar, pensjonanti – imma l-interessi ta’ Ewropa magħquda, kwistjoni li se tiġi diskussa fil-laqgħa tas-Soċjalisti f’Ottubru li ġej.

RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER

RYANAIR qalet li ma kinitx se tibbukkja titjiriet ġodda ma’ linji oħra tal-ajru għall-passiġġiera li ntlaqtu minn kanċellazzjonijiet ta’ 50 ...
Read More

FEJN SEJRA L-EWROPA?

Fid-diskors dwar l-istat tal-Unjoni indirizzat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker tfasslu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Juncker ...
Read More

INSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI  FL-EWROPA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkonsolida l-kisbiet tagħha biex tnaqqas u twitti d-diverġenzi li nħolqu ...
Read More

L-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT

Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit ...
Read More

IRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, id-Danimarka u n-Norveġja jridu jġeddu d-dritt li jwettqu l-kontrolli  fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fiż-żona Schengen. Dawn ...
Read More

TLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI

It-Tassazzjoni hija l-prijorita` tal-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici meta f’Ottubru l-Kummissarju se jippreżenta pjan dwar il-VAT bi tliet ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA

Angela Merkel taqbel li għandhom jieqfu n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet tat-Turkija u l-UE u tat-Turkija mal-Ġermanja iddeterjoraw sewwa ...
Read More

IS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019

Il-mexxejja soċjal-demokratiċi tal-Ewropa se jiddibattu ideat biex iġeddu s-soċjaliżmu fl-Ewropa, flimkien mas-soċjeta` ċivili u akkademiċi fit-18 u 19 ta’ Ottubru ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment