Lejlet l-elezzjoni fi Franza l-investituri mħassba dwar il-possibilita` li l-President tal-Front Nazzjonali Franċiż Marine Le Pen iġġib l-aktar voti. Le Pen wiegħdet referendum dwar is-sħubija ta’ Franza fl-Unjoni Ewropea u dwar il-munita tal-ewro. Il-kandidat tal-Lemin Estrem Jean Luc Mélenchon ukoll huwa popolari ħafna fost il-votanti u anki hu wiegħed referendum dwar is-sħubija wara negozjati mal-Unjoni. L-istħarriġ pubbliku juri lill-kandidat taċ-Ċentru Emmanuel Macron b’punt wieħed ta’ persentaġġ inqas minn Le Pen. Macron kien ex-Ministru tal-Finanzi taħt il-President Franċiż François Hollande. F’dawn is-snin Hollande xejn ma żamm il-popolarita` tiegħu u tellef ħafna voti lil Partit tas-Soċjal-Demokratiċi Franċiż. Macron iddeċieda li joħroġ għar-rasu u rnexxielu jiġbed ħafna voti. Il-popolarita` tal-kandidat tal-Konservattivi François Fillon jidher li huwa stabbli.

Ir-riżultat tal-elezzjoni tat-triġrija Presidenzjali għadu imprevedibbli. L-iktar żewġ kandidati li jġibu voti jikkompetu fit-tieni round fis-7 ta’ Mejju.

Il-Ġermanja qalet li Franza teħtieġ Gvern favur l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Wolfgang Schäuble wera t-tama li Le Pen ma ssirx il-President ta’ Franza.

Jitla’ min jitla’ President ta’ Franza irid iżomm kontroll tal-finanzi sakemm ma jridx inkwiet mal-Unjoni Ewropea. Franza qiegħda taħt proċedura tal-UE biex jitnaqqas id-defiċit eċċessiv. Tul dawn l-aħħar snin il-miżuri ta’ awsterita` ma naqsux. Bħal’issa għaddej eżerċizzju ta’ tnaqqis fl-ispiża li jinkludu €1.7 biljun fl-ispiża tal-istat u €900 miljun anqas fin-nefqa lokali.

MAY TFITTEX MANDAT B’SAĦĦTU

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tfittex mandat speċifiku biex tinnegozja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.  May ħasdet lil kulħadd dil-ġimgħa ...
Read More

KAPITLU ĠDID FIT-TURKIJA

It-Turkija kitbet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha bir-Referendum li approva bidliet kostituzzjonali li jagħtu poteri ġodda lill-President, Recep Tayipp Erdoğan, seklu ...
Read More

IT-TELLIEQA FRANĊIŻA

Lejlet l-elezzjoni fi Franza l-investituri mħassba dwar il-possibilita` li l-President tal-Front Nazzjonali Franċiż Marine Le Pen iġġib l-aktar voti. Le ...
Read More

IŻ-ŻGĦAR JAPPOĠĠJAW LIL MERKEL

Stħarriġ fost l-opinjoni pubblika juri li dawk li se jivvotaw l-ewwel darba fil-Ġermanja huma favur il-Kanċilliera Angela Merkel. Merkel għadha ...
Read More

TAS-SUD IRIDU AKTAR KOEŻJONI SOĊJALI U EKONOMIKA

Il-mexxejja tas-seba’ pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa – Malta, Ċipru, Spanja, Franza, Greċja, Italja u Portugall – qablu li l-Unjoni għandha tirrispetta ...
Read More

IL-KRIMINALITA` ONLINE PRIJORITA` GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-kriminalita` organizzata qed tuża dejjem aktar l-internet u l-attakki li jsiru online qed jiżdiedu fil-kwantita` u qed jitjiebu fil-kwalita`. Il-Kummissjoni ...
Read More

MANIFATTURA U SERVIZZI B’SAĦĦITHOM FIR-RENJU UNIT

Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit fil-bidu ta’ din is-sena rrapporta rata għolja fl-esportazzjoni, ferm ogħla mir-rata ta’ dawn l-aħħar sentejn. Is-settur ...
Read More

M’HEMMX UNJONI EWROPEA MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI

Il-Grupp tal-S&D qed jaħdem biex tkun implimentata leġislazzjoni li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, paga li l-Ewropej jistgħu jgħixu biha u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment