It-tensjoni li ħakmet lit-Turkija wara l-attentat tal-kolp ta’ stat kontra Erdogan qed tinfirex fil-Ġermanja fejn Erdogan igawdi appoġġ kbir fost il-komunitajiet Torok. Dan qanqal reazzjonijiet differenti fil-Ġermanja, l-aktar fost id-deputati Ġermaniżi li jirrappreżentaw lit-Torok li jgħixu fil-Ġermanja.

Id il-President Tork Recep Tayyip Erdogan, “ma għandhiex tilħaq lil Ġermanja”, qal Cem Ozdemir, wieħed minn 11-il membru tal-Parlament Ġermaniż b’għeruq Torok. Iżda l-effett tal-politika Torka nħasset fit-toroq Ġermaniżi hekk kif kważi 40, 000 persuna niżlu fit-toroq ta’ Cologne biex jesprimu l-appoġġ tagħhom lejn Erdogan. Id-dimostrazzjoni turi li l-politiċi Ġermaniżi se jiltaqgħu ma’ ħafna xkiel meta se jitkellmu kontra l-President Tork.

Fil-Ġermanja jgħixu madwar 3 miljun persuna ta’ dixxendenza Torka. Nofshom baqgħu jżommu ċittadinanza Torka. Għalhekk il-Ġermanja tiġi r-raba’ l-akbar distrett elettorali tat-Turkija. Minn madwar 570, 000 Tork Ġermaniż li vvotaw fl-2015, 60% appoġġjaw lil partit ta’ Erdogan. Kien proprju mit-Torok li jgħixu l-Ġermanja li Erdogan ġab l-ogħla persentaġġ ta’ voti. Mit-3,000 moskea li għandha l-Ġermanja, 2,000 minnhom huma Torok, u 900 minnhom huma finanzjati mill-Gvern Tork, li jibgħat lil ‘imams’ mit-Turkija.

Ir-relazzjonijiet bejn il-Ġermanja u t-Turkija sejrin għall-agħar hekk kif il-Parlament Ġermaniż sejjaħ ‘ġenoċidju’ l-massakru li wettqu t-Torok fuq l-Armeni mitt sena ilu. Dan ma niżilx tajjeb f’widnejn Erdogan. Iżda wara l-attentat tal-kolp ta’ stat ir-relazzjonijiet sejrin għall-agħar. Dawk li jappoġġjaw lil Erdogan fil-Ġermanja qed isemmgħu aktar leħinhom u jappoġġjaw lil Erdogan fil-miftuħ. Parlamentari Ġermaniżi qed jisħqu li l-alleanza ta’ dawn in-nies għandha tkun lejn l-istat li qed jgħixu fih jiġifieri lejn il-Ġermanja u mhux lejn l-istat fejn twieldu, it-Turkija.

S’issa l-ftehim li ntlaħaq f’Marzu bejn it-Turkija u l-Ġermanja dwar l-immigranti se jibqa’ fis-seħħ, sakemm l-affarijiet ma jkomplux sejrin għall-agħar.

 

IS-SUD JIPPROVA JINGĦAQAD

Il-Prim Ministru Griek Alexis Tsipras stieden lil mexxejja ta’ Franza, Italja, Spanja, Portugall, Ċipru u Malta għal konferenza bl-għan li ...
Read More

IT-TENSJONI TORKA TINFIREX FIL-ĠERMANJA

It-tensjoni li ħakmet lit-Turkija wara l-attentat tal-kolp ta’ stat kontra Erdogan qed tinfirex fil-Ġermanja fejn Erdogan igawdi appoġġ kbir fost ...
Read More

IĦEJJI L-KARTI TAD-DIVORZJU GĦAR-RENJU UNIT

Il-Franċiż Michel Barnier, li serva bħala Kummissarju tas-suq ħieles u s-servizzi finanzjarji bejn l-2010 u l-2014, ingħata l-kariga ta’ ‘negozjatur ...
Read More

L-AKBAR ŻEWĠ SFIDI: IMMIGRAZZJONI U TERRORIŻMU

L-Immigrazzjoni u t-terroriżmu huma l-akbar żewġ sfidi fil-pajjiżi tal-UE. Skont servej tal-Eurobarometer, l-Ewropej iħossu li l-immigrazzjoni (48%, -10% anqas mis-servej ...
Read More

140 SENA BIEX JIPPROĊESSAW L-IMMIGRANTI

Ir-reġistrazzjoni ta’ aktar minn 3 miljun immigrant Ewropew li diġa` qed jgħixu fir-Renju Unit se tkun biċċa xogħol amministrattiva kbira ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU AKTAR SOVRANITA`

Il-grupp tal-Visegrad, li jikkonsisti mir-Repubblika Ċeka, Ungerija, Polonja u Slovakkja ftiehmu li jimbottaw l-argument favur aktar sovranita` għall-pajjiżi membri fl-Unjoni ...
Read More

L-EBDA MULTI GĦAL SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri mexjin lejn sanzjonijiet simboliċi kontra Spanja u l-Portugall wara li ripetittivament kellhom defiċit eċċessiv fil-baġits ...
Read More

RIVEDUTA L-ORDNI TAL-PRESIDENZI

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rreveda l-ordni tal-presidenzi tal-pajjiżi membri. Il-lista tibqa’ sejra sas-sena 2030. Wara li r-Renju Unit, minn jeddu, ċaħad ...
Read More

DAQQA TA’ ĦARTA GĦAS-SENTIMENT EKONOMIKU

F’Lulju s-sentiment ekonomiku pożittiv fir-Renju Unit naqas b’-4.4 punti wara l-vot favur il-Brexit. Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea ...
Read More

FATATI FL-INGILTERRA

Skulturi ta’ fatati li jidhru qed jiżfnu jew jitqabdu kontra r-riħ fil-ġnien sabiħ ta’ Staffordshire fl-Ingilterra qed jiġbdu l-attenzjoni ta’ ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment