Fi żmien meta l-magni diesel huma kritikati fl-UE minħabba raġunijiet ta’ saħħa u ta’ effett ħażin fuq il-klima,  il-parti l-kbira tal-vetturi fl-UE jaħdmu bid-diesel u huma antiki.

Rapport tal-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-Karozzi (ACEA) jagħti ħarsa ġenerali tal-vetturi fl-UE bejn l-2011 u l-2015. Juri li fl-2015, 88% minn 31 miljun vettura kellhom magna diesel. Kważi 95.5% mis-6 miljun trakk fit-toroq Ewropej huma diesel. Il-Polonja għandha l-ikbar numru ta’ vetturi tal-merkanzija filwaqt li Franza għandha l-ogħla numru ta’ vannijiet, warajha Spanja u r-Renju Unit.

F’ħames snin, in-numru ta’ karozzi privati żdied b’4,5% għal 252 milun, komparat ma’ 241 miljun fl-2011.

Karozzi privati li jużaw fjuwil alternattiv jammontaw biss għal 3% tal-karozzi fl-UE, għalkemm ir-reġistrazzjonijiet ġodda qed jiżdiedu.

Iż-żmien medju tal-vetturi huwa qrib il-11-il sena (10.7 snin għal karozzi, vannijiet u trakkijiet) bil-Polonja, il-Latvja u l-Litwanja li għandhom l-iktar vetturi antiki filwaqt li l-Lussemburgu u l-Belġju għandhom l-iktar vetturi ġodda. Mill-ħames l-akbar swieq tal-karozzi fl-Ewropa, Spanja għandha l-iktar vannijiet antiki. Il-Greċja għandha l-iktar vetturi tal-merkanzija antiki – medja ta’ 18-il sena.

L-UE għandha 494 karozza għal kull 1,000 abitant, imma hemm differenzi kbar bejn stat membru u ieħor. Fi Franza 29% tal-familji għandhom żewġ karozzi filwaqt li fl-Ungerija, kważi nofs il-familji l-anqas biss għandhom karozza.

IX-XOQQA F’MOXTHA

Fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta rajna koalizzjoni ta’ forzi politiċi tikkritika lil Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Fuq quddiem nett ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU KONTRA SANZJONIJIET FUQ TAX HAVENS

L-UE qed tfassal lista sewda ta’ pajjiżi madwar id-dinja li huma tax havens. Il-Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu Pierre Gramegna qal li ...
Read More

MACRON: L-EWROPA GĦANDHA TIKKRITIKA LIR-RUSSJA U LIT-TURKIJA, IŻDA MHUX TAGĦTIHOM DAHARHA

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Ewropa għandha tikkritika lir-Russja u lit-Turkija, iżda għandha tevita li tagħtihom daharha. F’diskors fil-Qorti ...
Read More

€100 MILJUN  BIEX JINBIGĦ AKTAR GASS FL-UE

L-industrija tal-gass Ewropea nefqet €100 miljun fl-2016 biex tinfluwenza entitajiet governattivi tal-UE. Dan ġie żvelat minn Corporate Europe Observatory (CEO) ...
Read More

RISKJU GĦALL-KREDENZJALI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Jekk dil-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew li jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ...
Read More

ARJA AKTAR NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea informat lill-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula li laqgħet il-proposta tagħhom u se tinvesti €10 ...
Read More

IT-TOROQ EWROPEJ DOMINATI MINN VETTURI B’MAGNI DIESEL

Fi żmien meta l-magni diesel huma kritikati fl-UE minħabba raġunijiet ta’ saħħa u ta’ effett ħażin fuq il-klima,  il-parti l-kbira ...
Read More

DELEGAZZJONI TAL-ECON F’LISBONA

Delegazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) żaret il-Belt Portugiża ta’ Lisbona u ddiskutiet it-tibdil li seħħ fil-Portugall wara ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment