It-Turkija ma għadhiex fi stat ta’ emerġenza sentejn wara l-attentat kolp ta’ stat li seħħ fil-15 ta’ Lulju 2016. L-istat ta’ emerġenza jżid il-poter tal-president u tal-forzi tas-sigurta`.

Is-Servizz Ewropew tal-Azzjonijiet Esterni laqa’ din l-aħbar iżda wera xettiċiżmu lejn il-proposti leġislattivi li jiggarantixxu poteri straordinarji lill-awtoritajiet. Il-proposti jżommu bosta elementi restrittivi tal-istat ta’ emerġenza filwaqt li r-reviżjoni kostituzzjonali tagħti lil President Tork Recep Tayyip Erdoğan il-poter li joħroġ digrieti b’valur legali, l-istess poter li kellu waqt l-istat ta’ emerġenza.

“Fid-dawl tat-tmiem tal-istat ta’ emerġenza, nistennew li t-Turkija treġġa’ lura l-miżuri li jħallu impatt negattiv fuq l-istat ta’ dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-libertajiet fundamentali li huma l-qalba ta’ stat demokratiku” qal kelliem għas-Servizz Ewropew tal-Azzjonijiet Esterni.

Din l-aġenzija Ewropea ħeġġet lil Ankara timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u tirrispetta s-separazzjoni tal-poteri bejn l-eżekuttiv u l-ġudikatura.

“Titjib konkret u dejjiemi fil-qasam tal-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali jibqa’ essenzjali għall-prospetti tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija “, qalet l-aġenzija Ewropea.

IL-GREĊJA, L-IRLANDA U R-RUMANIJA GĦALL-QORTI DWAR ĦASIL TA’ FLUS

Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet lil Greċja, ir-Rumanija u lil Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għax naqsu milli jimplimentaw, fil-liġi nazzjonali tagħhom, id-direttiva ...
Read More

IR-RENJU UNIT JIPPROPONI KUMMERĊ ĦIELES MAL-UE

Ir-Renju Unit ippubblika White Paper dwar ir-relazzjonijiet futuri mal-Unjoni Ewropea. Id-dokument, twil 104 paġna, bbażat fuq il-proposta ta’ żona ta’ ...
Read More

NEGOZJATI MAL-ISTATI UNITI DWAR IL-KUMMERĊ

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump nieda l-bidu tan-negozjati dwar il-kummerċ mal-UE fiż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker f’Washington fil-25 ...
Read More

IT-TURKIJA MA GĦADHIEX FI STAT TA’ EMERĠENZA

It-Turkija ma għadhiex fi stat ta’ emerġenza sentejn wara l-attentat kolp ta’ stat li seħħ fil-15 ta’ Lulju 2016. L-istat ...
Read More

PRIJORITA` LI L-IMMIGRANTI JKOLLHOM GĦAJNUNA F’PAJJIŻHOM

Hija prijorita` li l-immigranti jingħataw għajnuna f’art twelidhom biex tkun evitata l-immigrazzjoni sfurzata. Dan qalu Alfred Sant meta vvota favur ...
Read More

KONNETTIVITA` GĦAL GŻEJJER KROATI BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat finanzjament pubbliku Kroat għal ħames konnessjonijiet regolari bejn il-gżejjer Kroati u l-kontinent Ewropew. Il-kumpaniji marittimi magħżula b’tender ...
Read More

7000 GĦAWDXI JAĦDMU MALTA

Rappreżentanti tal-‘Assoċċjazzjoni tal-Impjegati Għawdxin f’Malta’ ltaqgħu mal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fix-Xewkija, Għawdex fejn iddeskrivew ir-realtajiet soċjali u ekonomiċi ...
Read More

KONTRA T-TRAFFIKAR TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI

Il-Parlament Ewropew se jiddiskuti miżuri kontra t-traffikar tal-annimali domestiċi, billi tiddaħħal l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates. Riżoluzzjoni li se ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment