Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE tgħin lit-Turkija fl-influss ta’ immigranti permezz ta’ programmi biex jiġu rilokati n-nies f’pajjiżha stess. It-Turkija, biex tpatti għal din l-għajnuna trid tikkontrolla aħjar l-influss ta’ immigranti li jridu jidħlu fl-Ewropa u tiġġieled kontra x-xbieki kriminali li jmexxu l-kutrabandu tal-persuni.

Taħt dan il-pjan ta’ azzjoni, l-Unjoni Ewropea ħabbret li se tinforma aħjar lir-refuġjati li jinsabu fit-Turkija dwar ir-riskji involuti meta l-immigranti jaqsmu l-fruntieri tal-Ewropa b’mod illegali. Se tinfurmahom ukoll dwar il-possibilitajiet biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea b’mod legali. L-Unjoni Ewropea qed tgħid li se tappoġġja lit-Turkija biex taqbad il-kuntrabandisti tan-nies billi ssaħħaħ l-għasses fuq il-kosta tat-Turkija. Uffiċċjal tal-Frontex se jiġbor l-informazzjoni dwar ix-xbieki tat-traffikanti tan-nies. It-Turkija se tingħata għajnuna finanzjarja biex ittejjeb l-immaniġjar tal-fruntiera tagħha. Dan jinkludi titjieb tal-apparat użat biex tgħasses il-fruntieri tagħha. It-Turkija se tintensifika l-koperazzjoni tagħha mal-Frontex u mal-għassiesa tal-kosta Griega u Bulgara. Mistennija wkoll li tħaffef il-mod kif tipproċessa l-immigranti.

Fuq l-aspett umanitarju, l-UE qed tgħid li se tagħti aktar għajnuna finanzjarja lit-Turkija biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ għejxien tar-rifuġjati. It-Turkija se tiftaħ sitt ċentri tar-refuġjati, permezz ta’ kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Islamiku-Konservattiv Tork, Ahmet Davutoglu ma tantx wera entużjażmu għal dan il-pjan ta’ azzjoni u qal li t-Turkija mhux kamp ta’ konċentrament. Davutoglu qed jirrifjuta li jilqa’ l-immigranti li l-Unjoni Ewropea ma tridx, b’mod permanenti f’pajjiżu. Davutoglu qal lil Merkel li l-Unjoni ma tistax tagħti l-flus biex l-immigranti jibqgħu t-Turkija.

Intant il-President Tork Erdogan qed jimbotta biex it-Torok jiksbu l-liberalizzazzjoni tal-visa. Erdogan jixtieq li jagħti spinta lin-negozjati biex it-Turkija ssir membru fl-Unjoni Ewropea.

Għalkemm Merkel ħasbet li kellha l-kollaborazzjoni tat-Torok, għal issa t-Turkija għadha ma aċċettatx il-kundizzjonijiet ta’ dan il-ftehim, u l-mexxejja Torok għadhom qed juru x-xettiċiżmu tagħhom fil-pubbliku.

IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM

Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim ...
Read More

IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE ...
Read More

ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI

Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ ...
Read More

JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI

Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li ...
Read More

‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’

Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ...
Read More

JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST

Proposta biex issir reviżjoni tax-xengen visa bħala miżura li tagħti spinta lis-settur turistiku ma ntlaqgħetx. Din il-proposta mhix qiegħda fuq ...
Read More

DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA

Dawk is-saffi tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx huma l-aktar li jbatu mill-obesita` u huma l-aktar li jsofru minn mard ikkawżat ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI

F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu ...
Read More

SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT

Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar ...
Read More

IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI

Il-ġid tal-familji Ġermaniżi qed jonqos. Minkejja li l-ekonomija Ġermaniża sejra tajjeb, jidher li l-Ġermaniżi mhux qed jibbenefikaw direttament minn dan ...
Read More

TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Iż-żieda fl-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jaffettwa ħażin lis-settur Ewropew fejn il-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa qed ...
Read More

Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D

Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa wieħed mill-gruppi politici fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Socjalisti u Demokratici għandhom 191 membru u huwa ...
Read More

VINO VERITAS

Figuri li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropa juru li l-ġabra tal-għeneb fl-Italja se taqbeż lil dik ta’ Franza. L-Italja se ssir l-ikbar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment