It-Turkija taħt Erdogan qiegħda titbiegħed kontinwament mill-Istati Uniti u in-NATO u tersaq aktar qrib ir-Russja. It-Turkija għadha membru tan-NATO imma darba wara l-oħra tgħid li ftehmet li tixtri sistema Russa ta’ difiża militari. Dan minkejja t-twissijiet tal-Istati Uniti li s-sistema Russa ma tistax tiġi integrata mas-sistema tad-difiża tal-ajru tan-NATO. It-Turkija hija strateġikament importanti għan-NATO fir-reġjun tal-baħar l-iswed.

Id-difiża missilistika hija essenzjali għan-NATO. L-Istati Uniti qalet lit-Turkija li jekk tixtri s-sistema Russa, tmur lura mid-deċiżjoni li tbigħ ajrupani tal-ġlied F-35 lit-Turkija. It-Turkija trid tixtri 120 minn dawn l-ajruplani.

F-35 huwa tip speċjali ta’ ajruplan tal-gwerra. L-Istati Uniti ma tbigħu lil ebda pajjiż, iżda kienet qablet li tbigħu lit-Turkija.

Il-President Tork Erdogan qal li se jixtri s-sistema millistika Russa. Erdogan diġa` akkuża lill-Istati Uniti li kienet involuta fl-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-2016. Erdogan jgħid li l-Istati Uniti qed tagħti kenn politiku lil Fethullah  Gülen, l-għadu politiku ewlieni ta’ Erdogan.

Trump u Erdogan mhux jaqblu dwar is-Sirja u anke dwar il-Veneżwela.

It-Turkija qed tikkopera wkoll mar-Russja fuq proġetti kbar bħall-proġett tal-pipeline tal-gass li se jkun esportat lejn l-Ewropa.

INKWIET GĦALL-BOEING 737

It-tip ta’ ajruplan Boeing 737 kien involut f’żewġ inċidenti fatali f’dawn l-aħħar ħames xhur. L-aħħar traġedja seħħet meta t-titjira 302 ...
Read More

FL-INTERESS TA’ GĦAWDEX DAQS TAL-PAJJIŻI L-KBAR

Alfred Sant qal li rridu niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin ikunu ta’ benefiċċju għal ...
Read More

IL-GWU FAVUR ŻJIEDA FIL-PAGA MINIMA FL-EWROPA

Il-GWU taqbel mal-proposta ta’ Alfred Sant li wasal iż-żmien li tiżdied il-paga minima fl-Ewropa. Delegazzjoni tal-GWU immexxija minn Josef Bugeja ...
Read More

IĊ-ĊINA ‘AVVERSARJU’ TAL-EWROPA

Iċ-Ċina qed tiġi kkonsidrata ‘avversarju’ mill-Kummissjoni Ewropea li qed thedded li tagħfas aktar fuq ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-investimenti fl-Ewropa ...
Read More

IT-TURKIJA TITBIEGĦED MIN-NATO

It-Turkija taħt Erdogan qiegħda titbiegħed kontinwament mill-Istati Uniti u in-NATO u tersaq aktar qrib ir-Russja. It-Turkija għadha membru tan-NATO imma ...
Read More

IR-RAĦĦALA JEĦTIEĠU APPOĠĠ SĦIĦ

Ir-raħħala Għawdxin u Maltin jeħtieġu appoġġ sħiħ mill-Gvern biex ikun żgurat ħidmiethom fil-produzzjoni tal-ħalib. Ir-raħħala qed jaffaċċjaw kompetizzjoni żbilanċjata minn ...
Read More

SPANJOLI ID F’ID MA’ ORBAN

Il-partit tal-lemin estrem Spanjol Vox irid jiddefendu l-Ewropa u n-nazzjonijiet tagħha minn dak li qed isejjaħ “globalizzazzjoni ta’ Merkel, Macron ...
Read More

TAJANI IFAĦĦAR LIL MUSSOLINI

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qiegħed fil-mira tal-kontroverjsa minħabba kummenti dwar il-faxxist Benito Mussolini. Tajani qal li Mussolini wettaq affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment