It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-kapitlu jitkellem dwar regoli speċifiċi li jiżguraw li l-banek ċentrali tal-istati membri jkunu indipendenti u jkunu ipprojbiti milli jiffinanzjaw is-settur pubbliku b’mod dirett. L-istati membri jikkoordinaw il-politika ekonomika bejniethom u jagħtu rendikont tal-baġits nazzjonali tagħhom skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Kapitlu 17 jitkellem ukoll dwar regoli partikolari li permezz tagħhom pajjiż jipprepara biex jadotta l-munita ewro.

It-Turkija ilha li bdiet in-negozjati mal-UE minn Ottubru tal-2005. Minn dak inhar ’l hawn fetħet 15-il kapitlu u b’mod proviżorju għalqet wieħed. Il-ftuħ ta’ kapitlu 17 huwa pass importanti fil-proċess ta’ sħubija wara sentejn ta’ waqfien, qal il-ministru tal-Affarijiet Ewropew Tork Volkan Bozkir. L-istess ministru mexxa x-xogħol preparatorju fuq kapitlu 23 u 24 li jitrattaw is-settur tal-ġustizzja, sigurta` u d-drittijiet fundamentali; kapitlu 15 dwar l-enerġija; kapitlu 26 dwar l-edukazzjoni u kapitlu 31 dwar il-politika barranija u l-politika għas-sigurta`.

L-Unjoni Ewropea qed tgħid li se tagħti l-appoġġ għat-Turkija fil-proċess tas-sħubija. Huwa fatt li l-proċess ingħata spinta miż-żewġ naħat permezz ta’ djalogu regolari u kooperazzjoni fuq il-kwistjonijiet tal-immigrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-enerġija.

IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD

Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi ...
Read More

IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA

It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kapitlu jitkellem ...
Read More

IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM

Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan ...
Read More

GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?

Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux ...
Read More

GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Kunsill tal-‘Grupp Universitarju Għawdxi (GUG) li Għawdex jista’ jibbenefika minn ekonomija diġitali b’saħħitha. Dr Sant, ...
Read More

GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?

It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali ...
Read More

‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’

Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

L-għadd ta’ impjiegi żdiedu bi 0.3% fiż-żona Ewro u bi 0.4% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tal-2015, meta mqabbel mat-tieni ...
Read More

TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI

It-total tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija 508, 940, 955 ruħ. Il-Ġermanja għandha 15.93% mit-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Franza (13.04%), ir-Renju Unit ...
Read More

X’INHU L-FRONTEX?

Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri ...
Read More

DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA

Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment