Fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta rajna koalizzjoni ta’ forzi politiċi tikkritika lil Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Fuq quddiem nett kien hemm l-PPE, l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew li jrid isib stat membru ieħor tal-UE biex ipoġġih fl-istess livell tal-Ungerija ta’ Victor Orban. Il-PPE baqa’ jiddefendi lil Orban, akkużat li kontinwament jikser is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżu. Bħalhom għamlu l-Konservattivi li qed jiġu kkritikati għall-appoġġ li jagħtu lill-Gvern Pollakk, akkużat ukoll bi ksur tas-Saltna tad-Dritt f’pajjiżu. Dawn iż-żewġ gruppi sabu pretest biex jiftħulha kontra Malta.

Magħhom ingħaqdu l-Ħodor u x-xellug estrem li jikkritikaw lill-pajjiżi bħal Malta b’tax haven għax għandna sistema differenti ta’ taxxa. Ma’ dawn ingħaqdu wkoll il-Liberali li qed jiġbdu l-linja tal-PPE. Dawn il-gruppi kollha sabu x-xoqqa f’moxtha biex wieħed wara l-ieħor jikkritikaw lil Malta.

Kollox kien moħmi minn fazzjoni tal-PN f’Malta fi ħdan il-PPE li avvelenaw lill-barranin bl-għan li  jiddistabilizzaw lill-pajjiż. Din il-fazzjoni b’saħħitha fil-PN taf li tilfet il-poter tal-Gvern u anke tal-Partit tagħhom u mhix taċċetta t-telfa kbira elettorali tat-3 ta’ Ġunju. Id-diskors tal-governanza u tat-tax haven, li smajna fil-Parlament Ewropew, ġej minn dawn it-tentattivi partiġġjani bbażati fuq allegazzjonijiet bla ebda prova ta’ xejn, u magħmula fuq affarijiet li ħafna drabi l-anqas jinkollaw flimkien.

Lejn tmiem id-dibattitu l-Viċi President tal-KE Frans Timmermans kien kategoriku fir-reazzjoni tiegħu għall-attakki kontra Malta. Qal li ma hemm l-ebda tħassib dwar Malta fir-rigward ta’ ħasil ta’ flus.  Enfasizza li ma jkunx ġust li nibdew nistqarru l-konklużjonijiet qabel infittxu l-fatti dwar dak li qed isir f’Malta.

Il-forzi politiċi li ħadmu kontra Malta – Maltin u barranin – rebħu l-vot fil-Parlament Ewropew. Iżda dan mhux se jwaqqaf il-mixja tal-Gvern Malti mill-ħidma progressiva ta’ riformi soċjali u milli jiġu ikkoreġuti żbalji fit-tmexxija b’sens ta’ bilanċ u kuraġġ.

 

IX-XOQQA F’MOXTHA

Fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta rajna koalizzjoni ta’ forzi politiċi tikkritika lil Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Fuq quddiem nett ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU KONTRA SANZJONIJIET FUQ TAX HAVENS

L-UE qed tfassal lista sewda ta’ pajjiżi madwar id-dinja li huma tax havens. Il-Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu Pierre Gramegna qal li ...
Read More

MACRON: L-EWROPA GĦANDHA TIKKRITIKA LIR-RUSSJA U LIT-TURKIJA, IŻDA MHUX TAGĦTIHOM DAHARHA

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Ewropa għandha tikkritika lir-Russja u lit-Turkija, iżda għandha tevita li tagħtihom daharha. F’diskors fil-Qorti ...
Read More

€100 MILJUN  BIEX JINBIGĦ AKTAR GASS FL-UE

L-industrija tal-gass Ewropea nefqet €100 miljun fl-2016 biex tinfluwenza entitajiet governattivi tal-UE. Dan ġie żvelat minn Corporate Europe Observatory (CEO) ...
Read More

RISKJU GĦALL-KREDENZJALI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Jekk dil-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew li jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ...
Read More

ARJA AKTAR NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea informat lill-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula li laqgħet il-proposta tagħhom u se tinvesti €10 ...
Read More

IT-TOROQ EWROPEJ DOMINATI MINN VETTURI B’MAGNI DIESEL

Fi żmien meta l-magni diesel huma kritikati fl-UE minħabba raġunijiet ta’ saħħa u ta’ effett ħażin fuq il-klima,  il-parti l-kbira ...
Read More

DELEGAZZJONI TAL-ECON F’LISBONA

Delegazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) żaret il-Belt Portugiża ta’ Lisbona u ddiskutiet it-tibdil li seħħ fil-Portugall wara ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment