Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ħarta. Dan ħalla impatt fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar miżuri speċjali u temporanji biex jappoġġja l-ekonomija Tuneżina.

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bil-proposta li żżid il-kwota bla tariffi tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin b’35, 000 tunnellata kull sena fuq perijodu ta’ sentejn. Iż-żejt taż-żebbuġa huwa prodott ewlieni fost l-esportazzjoni agrarja tat-Tuneżija. 1/5  tal-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fl-agrikoltura jiddependu mill-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. L-UE importat total ta’ 145, 200 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa Tuneżin bejn l-2014-2015, 32, 000 tunnellata bejn 2013/2014 u 111,400 tunnellata bejn l-2012/2013.

L-Unjoni Ewropea hija produtriċi, konsumatriċi u esportatriċi ewlenija taż-żejt taż-żebbuġa. Fl-aħħar ħames snin l-UE ipproduċiet 69%, ikkonsmat 57% u esportat 65% mit-total dinji taż-żejt taż-żebbuġa. It-total ta’ żejt taż-żebbuġa prodott kull sena fl-UE huwa ta’ 1, 430, 800 tunnellata. L-ikbar produttriċi hija Spanja (835, 000) warajha l-Greċja (300, 000) u l-Italja (220, 000).

Taħt il-ftehim bejn it-Tuneżija u l-UE, l-UE ma żammet l-ebda tariffi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti manifatturati fit-Tuneżija mill-2008 ’l hawn. Madanakollu l-UE żammet kwoti fuq ħafna tipi ta’ frott, ħaxix u ż-żejt taż-żebbuġa. 

Meta l-Parlament Ewropew iddiskuta l-ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u t-Tuneżija Alfred Sant qal li dan il-ftehim huwa fundamentali għax bil-ħolqien ta’ istituzzjonijiet konverġenti fin-Nord u s-Sud tal-Mediterran, it-Tuneżija tokkupa rwol prinċipali.  Dr Sant saħaq li qbil dwar dan il-ftehim hu ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat.

PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI

Analiżi tal-Kummissjoni Ewropea fuq 18-il stat membru tal-UE juri li qed isiru r-riformi fil-politika ekonomika Ewropea, imma l-isforz mhux qed ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE

L-istati membri li jmissu mal-Mediterran iltaqgħu f’Ċipru biex jitkellmu dwar il-problemi u l-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tas-Sud ...
Read More

L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD

L-Ewropa ma tistax tfarfar il-problema tal-immigrazzjoni fuq l-istati żgħar tas-sud. Dan qalu Alfred Sant fuq l-istazzjon televiżiv Grieg ALPHA,  li ...
Read More

IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA

Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ...
Read More

L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN

L-Għaqda tal-Ajruporti Internazzjonali qed turi t-tħassib tagħha dwar il-kontrolli li qed jiddaħħlu fil-fruntieri interni fiż-żona Xengen. Tixtieq li l-moviment ħieles ...
Read More

FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

Il-Parlament Ewropew qabel li jibdew in-negozjati li jwasslu għal ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u l-Awstralja u New Zealand. Ir-riżoluzzjoni ...
Read More

M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI

L-istati membri li għandhom impjanti nukleari, m’għandhomx flus  għaż-żarmar tal-power stations nukleari u għall-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv. Biex jiżżarmaw l-impjanti nukleari ...
Read More

MIŻURI MONETARJI ĠODDA

Iż-żona ewro se terġa’ tirreġistra diflazzjoni għax-xahar ta’ Frar. Wara rata ta’ inflazzjoni ta’ 0.3% f’Jannar, ir-rata ta’ inflazzjoni għax-xahar ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li investimenti pubbliċi fl-istati membri tal-UE jistimulaw l-investimenti privati nazzjonali u anke dawk fl-Ewropa kollha ...
Read More

IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI

Kważi l-istati membri kollha għaddejjin minn fenomenu komuni: it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs li qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tikkontribwixxi ...
Read More

L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għamlet ħilitha biex il-politika ġdida tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D) fil-Parlament Ewropew tinkludi l-ħarsien tal-interessi ...
Read More

IL-MED GROUP

Il-Med Group twaqqaf fi tmiem l-2013 u fih jagħtu s-sehem tagħhom il-Ministri tal-Affarijiet barranin ta’ dawk l-istati membri li jmissu ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI

Fl-Istati Uniti, ħames pajjiżi fl-Ewropa qed ikunu msemmija bħala destinazzjonijiet ideali għall-irtirar. Qed jingħad li f’dawn il-ħames pajjiżi Ewropej jinstabu ...
Read More

BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li ż-żona Xengen terġa’ lura għan-normal sal-aħħar tas-sena, konxja mid-diżordni, fost l-istati membri tal-UE, minħabba il-kriżi tal-immigrazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment