Il-Kummissjoni Ewropea qalet li ċ-ċittadini tas-27 pajjiż Ewropew li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittanniċi li jgħixu fil-pajjiżi tal-UE se jibqgħu bl-istess drittijiet sakemm ir-Renju Unit jkun għadu membru tal-UE. Il-Kummissjoni kienet qed twieġeb għat-tħassib dwar id-drittijiet tal-immigranti Ewropej wara l-Brexit. Dan wara li l-Ministru Ingliż David Davis qal li ma jistax jiggarantixxi drittijiet lill-immigranti Ewropej wara li pajjiżu jkun ħareġ mill-UE.

Ir-Renju Unit qed ibassar li l-immigrazzjoni se tiżdied wara li jitlaq mill-UE u għalhekk irid iżżomm id-dritt li jibgħat lura pajjiżhom lil ċertu immigranti Ewropej.  Davis qal li r-Renju Unit se jinnegozja mal-pajjiżi tal-UE dwar immigranti Ewropej u dwar ċittadini Brittanniċi li jgħixu f’xi pajjiż tal-UE.

Il-Kummissjoni qalet li l-pożizzjoni tas-27 stat membru hija li ma jsiru l-ebda negozjati qabel ir-Renju Unit japplika Artiklu 50. Is-Segretarju tal-Kummerċ Brittanniku Liam Fox qal li r-Renju Unit se jagħmel dan qabel l-aħħar tas-sena bit-tir li pajjiżu jkun ħareġ formalment mill-UE fl-1 ta’ Jannar 2019. Is-sena 2019 hija s-sena li fiha jsiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u jibdew in-negozjati dwar il-qafas finanzjarju tal-ħames snin ta’ wara. Ir-Renju Unit beda jaħdem fuq ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Awstralja u l-Kanada. Se jsiru wkoll żjarat fl-Istati Uniti. Il-pajjiż qed jiffoka fuq madwar tnax-il ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi barra mill-UE biex meta r-Renju Unit joħroġ mill-UE jibqa’ jkollu kummerċ b’saħħtu.

SAJF TA’ BIŻA’

L-attakki terroristiċi fl-Ewropa saru n-normalita`. F’anqas minn ġimagħtejn il-kalma fl-Ewropa sfat mhedda minn attakki vjolenti fl-Ewropa li ħallew għexieren ta’ ...
Read More

FRANZA TITLOB L-GĦAJNUNA TAL-EWROPA

It-terrur tal-aħħar ġranet kompla żied l-inċertezza fi Franza li għadha u se tibqa’ fi stat ta’ emerġenza sa tmiem is-sena.  ...
Read More

IR-RENJU UNIT MA KIENX LEST GĦAL BREXIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li r-Renju Unit jeħtieġ xhur ta’ preparazzjoni qabel jiftaħ id-diskussjonijiet għall-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Ma ...
Read More

IŻOMMU D-DRITTIJIET TAGĦHOM SAKEMM IR-RENJU UNIT JIBQA’ FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li ċ-ċittadini tas-27 pajjiż Ewropew li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittanniċi li jgħixu fil-pajjiżi tal-UE se ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW MA JĊAĊLAQ XEJN

Fl-ewwel deċiżjoni tiegħu wara l-Brexit, il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li ma jmissx ir-rati ta’ interessi u għajnuniet finanzjarji oħra u ...
Read More

PROPOSTI GĦALL-INVESTIMENT FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) għandhom jipprovaw jippreżentaw proposti validi dwar l-investiment, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ...
Read More

BIL-PIENA KAPITALI T-TURKIJA MA SSIRX MEMBRU TAL-UE

Il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew qal li bl-introduzzjoni tal-piena kapitali, it-Turkija taqta’ ħesrem in-negozjati mal-UE. Wara l-attakki vjolenti fuq l-awtoritajiet ...
Read More

KAPITLI IMPORTANTI GĦAS-SĦUBIJA TAS-SERBJA

L-UE u s-Serbja fetħu żewġ kapitli importanti fil-proċess ta’ sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni: kapitlu 23 dwar għodda ġudizjarji u ...
Read More

IMWISSIJA MA JFITTXUX MOSTRI FIL-BOSNJA

Filwaqt li bosta żgħażagħ qed jieħdu gost jilagħbu l-‘Pokemon Go’, qed ikun hemm il-periklu ta’ inċidenti, l-aktar fil-Bosnja. F’dan il-pajjiż ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment