Il-Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqqa’ l-aħħar sezzjoni plenarja fi Strasburgu għal din il-leġiżlatura. Il-Parlament Ewropew jerġa’ jiftaħ b’deputati ġodda wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-25 ta’ Mejju 2019.

F’dawn l-aħħar ħames snin il-Parlament iddeċieda fuq numru ta’ liġijiet. Ewlenin fosthom il-ftehim ta’ kummerċ u investiment tal-UE mal-Kanada magħruf bħala CETA, il-liġi dwar l-informazzjoni tal-passiġġieri. Il-Parlament qabel li jidħol fis-seħħ il-ftehim iffirmat f’Pariġi dwar il-klima, ir-riforma dwar id-‘data protection’, il-liġi tal-‘copyright’ u t-tneħħija tar-‘roaming charges’.

B’mod partikolari tul l-aħħar sena ma naqsux id-dibattiti dwar il-Brexit, il-baġit tal-UE, ir-regoli tal-immigrazzjoni, l-Unjoni Bankarja u l-‘work-life balance’ għal ġenituri u carers.

Issa tibda l-kampanja uffiċċjali għall-elezzjonijiet Ewropej. Mal-Ewropa l-għażla hi bejn li l-Unjoni Ewropea trabbi tassew kuxjenza soċjali billi ttejjeb il-qagħda ta’ dawk kollha li jiddependu mix-xogħol tagħhom ħalli jgħixu tajjeb. U bejn l-“estremiżmu” tal-lemin u tax-xellug.

F’Malta l-għażla fondamentali hi wkoll bejn x’tip ta’ rappreżentanti l-Maltin u l-Għawdxin iridu fl-Ewropa.

Iridu deputati li lesti jżebilħu u jħammġu l-isem u r-reputazzjoni tal-pajjiż għal xi vantaġġ partiġjan li mingħalihom se jiksbu?

Jew rappreżentanti li f’qafas Ewropew fejn ta’ spiss jintesew l-interessi tal-pajjiżi ż-żgħar, jikkonċentraw fuq li jitħarsu tassew l-interessi ta’ Malta?

Id-deċiżjoni nkunu nafuha fil-25 ta’ Mejju li ġej.

JAGĦLAQ IL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqqa’ l-aħħar sezzjoni plenarja fi Strasburgu għal din il-leġiżlatura. Il-Parlament Ewropew jerġa’ jiftaħ b’deputati ġodda wara ...
Read More

“MALTA GĦANDHA BŻONNOK”

“Malta għandha bżonn lil Alfred Sant.  Alfred għandu l-esperjenza,  dik it-tip ta’ viżjoni li fil-Parlament Ewropew u f’kull post iġib ...
Read More

 “JIEN MALTI QABEL MA JIEN EWROPEW”

“Jiena Malti qabel ma jien Ewropew. Irridu nżommu qawwija l-fiduċja f’Malta – Malta tagħna, Malta li tiġi l-ewwel u qabel ...
Read More

‘LEST NIBQA’ L-VUĊI TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA’

L-ex Prim Ministru Laburista Alfred Sant qal li jekk jikseb il-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej jibqa’ il-vuċi ta’ Għawdex fl-Ewropa u ...
Read More

IS-SOĊJALISTI DEMOKRATIĊI JEGĦLBU LIL LEMIN ESTREM FIL-FINLANDJA

Fl-elezzjoni ġenerali tal-Finlandja s-Soċjalisti u Demokratiċi għelbu bi żbrixx lill-Partit tal-Lemin estrem fil-Finlandja meta fl-elezzjoni ġenerali ġabu l-aktar voti b’17.7% ...
Read More

TARIFFI ĠODDA FUQ PRODOTTI AMERIKANI

L-UE qed tikkonsidra tagħmel tariffi ġodda fuq prodotti Amerikani biex tpatti għas-sussidji li qed tirċievi l-kumpanija tal-ajruplani Amerikana Boeing mill-Istati ...
Read More

ID-DIVING RIŻORS GĦAL GĦAWDEX DAQS IT-TEMPJI

Is-settur tad-diving għal Għawdex huwa riżors importanti daqs iċ-Ċittadella u t-Tempji Megalitiċi, qal l-ex Prim Ministru Alfred Sant meta żar ...
Read More

BIEX IL-LIBJA MA SSIRX BEJTA TAT-TERRORIŻMU

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu. Dan qalu Alfred Sant f’intervent dwar is-sitwazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej ...
Read More

 

 

 

Facebook Comments

Post a comment