Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-PM Ingliża Theresa May laħqu ftehim dwar l-ewwel fażi tad-divorzju bejn ir-Renju Unit u l-UE. Kienet diskussjoni aħħarija dwar l-Irlanda ta’ Fuq li tat lok għal ftehim.

Il-Kummissjoni rrakkommandat lil Kunsill tal-UE biex iniedi t-tieni fażi tan-negozjati tal-Brexit għal ftehim kummerċjali bejn iż-żewġ naħat.

“Jekk is-27 stat membru jaqblu magħna, aħna – il-Kummissjoni u n-negozjatur ewlieni Michel Barnier – lesti nibdew ix-xogħol fuq it-tieni fażi tan-negozjati,” qal Juncker li kien fiduċjuż li se jkollu l-appoġġ tal-pajjiżi membri kollha.

Is-27 pajjiż mistennija jaqblu mal-linji gwida tan-negozjati futuri tal-Brexit. Probabbilment minnufih se jibda x-xogħol dwar il-perijodu ta’ tranżizzjoni li se jkun twil madwar sentejn – sa Marzu 2019. Fl-ewwel fażi tan-negozjati sar progress fuq tliet oqsma – drittijiet taċ-ċittadini, baġit tal-UE u l-kwistjoni tal-Irlanda.

4.5 miljun ċittadin direttament affettwati mill-Brexit – persuni mis-27 pajjiż li jgħixu f’territorju Britanniku u Britanniċi li jgħixu fl-UE – se jżommu d-drittijiet li għandhom issa anki wara Marzu 2019.

Ir-Renju Unit sodisfatt li l-Qrati Britanniċi se jkunu awtonomi u mhux se jkollhom l-indħil tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Dwar il-finanzi, Londra qablet mal-kalkoli ppreżentati mill-UE li jlaħħqu bejn €45 u €50 biljun.  Londra se tħallas għal dak li kkommettiet ruħha għalih fil-baġit tal-2019 u l-2020 u regolarment se tibqa’ tikkontribwixxi fi programmi li kkommettiet għalihom bħal fondi għar-refuġjati fit-Turkija u l-fondi għall-Afrika.

Dwar l-Irlanda ta’ Fuq, May wiegħdet li se tevita li jkun hemm fruntiera.

Michel Barnier qal li t-tieni fażi tan-negozjati se tkun aktar diffiċli mill-ewwel fażi iżda issa ż-żewġ naħat għandhom il-kunfidenza f’xulxin.

 

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAŻ-ŻONA EWRO

Is-Summit bejn il-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-UE għada 15 ta’ Diċembru mistenni jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni taż-żona ewro. Pożizzjoni ...
Read More

SCHULZ FAVUR STATI UNITI TAL-EWROPA

Martin Schulz, mexxej tas-Soċjal Demokratiċi fil-Ġermanja qed iħeġġeġ lil sħabu biex jimbottaw favur l-idea ta’ stati uniti tal-Ewropa sas-sena 2025 ...
Read More

€151 BILJUN MITLUFA ĦABBA FRODI FIL-VAT KULL SENA

Kull sena, l-istati membri tal-UE jitilfu aktar minn €151 biljun fid-dħul tagħhom minħabba frodi fil-VAT, inklużi €50 biljun bis-saħħa ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR ID-DIVORZJU

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-PM Ingliża Theresa May laħqu ftehim dwar l-ewwel fażi tad-divorzju bejn ir-Renju Unit u ...
Read More

L-IRLANDA TIĠBOR  IT-TAXXI DOVUTI MILL-KUMPANIJA APPLE

Il-Gvern Irlandiż se jibda jiġbor it-taxxa dovuta mill-Kumpanija Apple fil-bidu tal-2018. F’Ottubru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja ...
Read More

TOKYO U L-UE JAQBLU DWAR KUMMERĊ ĦIELES

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe fi Brussell biex iffinalizzaw l-aħħar dettalji ta’ ftehim ...
Read More

 FAVUR TRASPARENZA, KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI FIT-TASSAZZJONI

Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell ...
Read More

L-UKRENI FAVUR IN-NATO U SĦUBIJA FL-UE  

Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li fil-ġejjieni qarib fl-Ukraina se jsir referendum li fih il-poplu Ukren jappoġġja d-dħul tal-Ukraina fin-NATO ...
Read More

 

 

 

 

 

Facebook Comments

Post a comment