Is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fil-punent  tal-Balkani għadha mhix fi stadju allarmanti, iżda l-wasliet żdiedu, speċjalment mir-rotta tal-Albanija, Bosnja-Herzegovina, Montenegro u Serbja, qal il-Kummissarju Avramopoulos waqt laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi Balkani. Preżenti f’din il-laqgħa l-Ministru tal-Intern Awstrijak Herbert Kickl biex jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fir-rotta tal-Punent Balkani u jħejji lil pajjiżu għal Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jmiss.

Il-Kummissjoni Ewropea tkellmet dwar l-importanza li tibqa’ “viġilanti” u “biex tevita li s-sitwazzjoni tmur għall-agħar”.

Din il-laqgħa seħħet fi klima partikolari fl-UE, bl-istati membri jipprovaw jaqblu dwar soluzzjoni fir-riforma dwar l-immigrazzjoni.

L-UE mistennija tipproponi t-twaqqif ta’ pjattaformi (barra l-UE) li fihom tittieħed opinjoni dwar min jista’ jikseb protezzjoni fl-UE jew le.

Din mhix l-ewwel darba li l-Ewropej ikkonsidraw din l-idea ta’ ċentri għall-identifikazzjoni tal-kandidati għall-ażil f’pajjiżi barra l-UE, partikolarment f’pajjiżi Afrikani.

Il-Kummissjoni wriet li lesta tiddiskuti din il-possibilita` iżda hija xettika dwar kemm se tkun effettiva.

 

IL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA : ‘EWROPA LI TIPPROTEĠI’

Is-sigurta` u l-immigrazzjoni, il-kompetittivita` ekonomika u l-istabbilita` fil-Balkani huma tliet prijoritajiet tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-UE li tibda fl-1 ta’ Lulju ...
Read More

DIL-ĠIMGĦA S-SUMMIT EWROPEW

Il-kapijiet tal-istati tal-UE fis-summit Ewropew ta’ dan ix-xahar fi Brussell se jiddiskutu l-kwistjonijiet l-aktar urġenti. Fost oħrajn is-summit ta’ din ...
Read More

MOBBILTA` MILITARI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

L-istati membri tal-UE ġew mistiedna jieħdu l-miżuri fuq livell nazzjonali biex itejbu l-effettivita` tal-mobbilta` militari fi ħdan l-UE. Dawn il-miżuri ...
Read More

AKTAR DROGI FL-EWROPA

Aktar drogi illeċiti qed ikunu mmanifatturati fl-Ewropa u aktar drogi qed ikunu importati minn sorsi tradizzjonali bħal Amerika Latina, il-Punent ...
Read More

GĦAJNUNA MILL-UE MINĦABBA L-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA TA’ MALTA

Malta jixirqilha għajnuna finanzjarja ġdida mill-UE minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-periferija tal-Ewropa biex tagħmel tajjeb għal telf ta’ fondi li ...
Read More

L-EWRO INDISPENSABBLI GĦAS-SUQ UNIKU

Il-Ministru tal-Affarijiet tal-UE tal-Gvern ġdid Taljan Paolo Savona qal li l-ewro hija “indispensabbli għas-suq uniku” u qal li l-Ewro għandha ...
Read More

IS-SAJD RIKREATTIV TAĦT IL-LENTI EWROPEA

Is-sajd rikreattiv jinsab taħt il-lenti tal-Unjoni Ewropea b’sejħiet biex jiġi regolarizzat minħabba l-impatt tiegħu fuq il-ħut. Dan wara li l-Parlament ...
Read More

JASLU AKTAR IMMIGRANTI FIL-BALKANI

Is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fil-punent  tal-Balkani għadha mhix fi stadju allarmanti, iżda l-wasliet żdiedu, speċjalment mir-rotta tal-Albanija, Bosnja-Herzegovina, Montenegro u Serbja, qal ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment