Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ma jaqbilx li jsir Referendum ieħor jekk il-poplu tar-Renju Unit jivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewopea. Dan intqal wara li dawk li jridu joħorġu lir-Renju Unit mill-UE kienu qed jgħidu li vot favur ‘BREXIT’ jista’ jżid il-pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea biex tagħti aktar konċessjonijiet lir-Renju Unit. Fost dawn hemm is-Sindku ta’ Londra, Boris Johnson. Johnson qed jgħid li jekk il-maġġoranza fir-Renju Unit jivvotaw favur il-ħruġ mill-UE, jista’ jsir it-tieni referendum dwar forma ġdida ta’ relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Il-pressjoni biex ir-Renju Unit tibqa’ fl-UE qed tiżdied. F’kumment rari dwar politika barranija ta’ pajjiż ieħor, Il-Mexxej Ċiniż Xi Jinping qal lil David Cameron li jittama li r-Renju Unit jibqa’ fl-UE biex tagħti kontribut aktar pożittiv fir-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u l-UE.
L-ISTATI MEMBRI TAL-EU MITLUBA JŻOMMU KELMTHOM DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
IL-KROAZJA TRID TINED U SODOD GĦALL-IMMIGRANTI
Read More
JEKK JGĦADDI L-‘BREXIT’ MA JKUNX HEMM REFERENDUM IEĦOR
Read More
IR-RAPPORT ‘ROSATI’ MA JGĦADDIX
Read More
L-EWROPA TEĦTIEĠ POLITIKA EKONOMIKA GĦALL-ISFIDI TAL-LUM
Read More
TĦASSIB MINĦABBA L-INFLAZZJONI NEGATTIVA
Read More
L-UE M’GĦANDHIEX TIBGĦAT MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI LILL-BANEK
Read More
TNAQQIS FID-DEJN U D-DEFIĊIT FIL-PAJJIŻI TAL-EWRO FL-EWWEL KWART TAL-2015
Read More
TRATTAMENT SPEĊJALI GĦAL GĦAWDEX FL-UNJONI EWROPEA
Read More
IL-LIBJA TEĦTIEĠ PJAN TA’ AZZJONI
Read More
€365.5 MILJUNI GĦALL-MAROKK, L-ALĠERIJA, IL-ĠORDAN U L-LEBANON
Read More
ŻBILANĊ FIL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U Ċ-ĊINA
Read More
IL-PARLAMENT EWROPEW IRID INAQQAS 317 IMPJIEG
Read More
X’INHU L-VALLETTA SUMMIT?
Read More
TAN-NANNA AKTAR MINN ĦELU MANNA
Read More
Post a comment