Minkejja l-miżuri ta’ awsterita`, id-dejn pubbliku fil-Greċja tela’ minn 125% fl-2010 għal 200% fl-2016. Il-Kummissjoni Ewropea qed terġa’ tipproponi miżuri addizzjonali ta’ awsterita` fuq il-poplu Grieg’. Jekk il-baġit tal-Greċja jiddevja minn dak li hu mfassal, il-Gvern Grieg sena ilu kellu jaqbel li jdaħħal miżuri addizzjonali ta’ awsterita` imposti mill-pajjiżi Ewropej. Skont il-pjan, kif miftiehem sena ilu, il-Greċja waslet biex tieħu somma kbira ta’ flus biex tħallas djun oħra li jagħlqu f’Lulju. Jekk dan is-self ma jseħħx, il-Greċja terġa’ tispiċċa bla flus.

Waqt dibattitu fil-Plenarja mal-Kummissjoni Ewropea fil-Parlament Ewropew, Il-Membri Parlamentari Ewropej saħqu li l-Ewropej qegħdin fit-triq il-ħażina għax ma jagħmilx sens li jibqa’ jingħata self lil pajjiż biex ikun jista’ jonora ħlas ta’ self ieħor li jkun sar fil-passat. Oħrajn qalu li l-awsterita` qed tkun kontro-produttiva iżda minkejja dan l-istituzzjonijiet qed idaħħlu rashom fir-ramel u qed jaġixxu qisu ma hemm xejn ħażin.

Il-Membri Parlamentari Ewropej irrikonoxxew is-sagrifiċċji tal-poplu Grieg minkejja li ma kienx hemm titjib fil-qagħda finanzjarja tal-pajjiż. Qalu li mingħajr is-solidarjeta` Ewropea, il-Greċja kienet tisfa vittma ta’ kriżi ferm akbar minn dik li diġa` għandha.

Alfred Sant qal li l-miżuri ġodda ta’ awsterita’ li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea se jkomplu jgħattnu l-ekonomija u l-poplu tal-Greċja. “Il-Greċja teħtieġ programm ta’ ħelsien sostanzjali mill-piżijiet tad-djun li l-pajjiż qed ikollu jġorr. Il-proċess propost huwa maqtugħ mit-tbatijiet li għaddejjin minnhom miljuni ta’ Griegi. Huwa minnu li dawk li jissellfu aktar milli jifilħu għandhom iħallsu għall-iżbalji tagħhom. Huwa minnu wkoll li dawk li jsellfu żżejjed għandhom ukoll iħallsu għall-iżbalji tagħhom: din hija l-loġika tas-suq ħieles.  Fil-każ tal-Greċja dawk li sellfu żżejjed ħelsuha ħafif. Issa qed niġu mitluba nappoġġjaw politika fejn poplu li għal snin kien soġġett għal politika ta’ awsterita` qed jiġi sfurzat jaċċetta l-prospetti li jitgħabba b’aktar piżijiet. Minkejja r-rettorika dwar solidarjeta` Ewropea, l-hekk imsejħa programmi ekonomiċi ta’ aġġustament għal Greċja għandhom riħa ta’ ipokresija.” qal Sant.

Fil-Parlament Ewropew il-Kummissarju Pierre Moscovici tkellem dwar il-laqgħa tal-Eurogroup dwar il-Greċja. Moscovici qal li l-Greċja mistennija tirritorna għat-tkabbir fit-tieni nofs tas-sena 2016 u jkollha defiċit ta’ anqas minn 3% fl-2017.

JITBEGĦDU MILL-PARTITI POLITIĊI TRADIZZJONALI

Il-Parlament Ewropew qed jinvestiga partit ġdid b’membri tal-lemin estrem minn pajjiżi Ewropej biex jistħarreġ hux konformi mal-prinċipji fundamentali tal-UE. L-investigazzjoni ...
Read More

JIKBER ID-DEJN PUBBLIKU FIL-GREĊJA

Minkejja l-miżuri ta’ awsterita`, id-dejn pubbliku fil-Greċja tela’ minn 125% fl-2010 għal 200% fl-2016. Il-Kummissjoni Ewropea qed terġa’ tipproponi miżuri ...
Read More

ĦAFNA ANQAS IMMIGRANTI FIL-GŻEJJER GRIEGI

L-għadd ta’ immigranti li waslu fil-gżejjer Griegi niżel b’90% minn Marzu għal April. F’April waslu 2,700 immigrant. Dan it-tnaqqis ġej ...
Read More

EUROPOL IMSAĦĦA B’REGOLI ĠODDA

Daħlu regoli ġodda biex isaħħu l-kompetenzi tal-Europol fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, tal-persuni u tal-organi u ...
Read More

L-ITALJA NEFQET €6 BILJUN  FUQ L-IMMIGRANTI F’SENTEJN

Il-Gvern Taljan qed jistma li l-għixien u l-integrazzjoni tar-refuġjati se jiswew €3.3 biljun fl-2016. Fl-2015 l-effett fuq il-baġit Taljan kien ...
Read More

PROSPETTI TAJBIN GĦALL-FTEHIM KUMMERĊJALI BEJN L-UE U Ċ-ĊINA

Ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina għandu l-potenzjal li joħloq l-impjiegi u jkabbar l-ekonomija tal-Ewropa. Dan ħareġ minn studju ...
Read More

L-EKONOMIJI Ż-ŻGĦAR GĦANDHOM JIDDEĊIEDU HUMA T-TASSAZZJONI TAGĦHOM

Is-sovranita` tal-istati membri fil-ġbir tat-taxxi f’pajjiżhom għandha tkun imħarsa. Dan jgħodd l-aktar  għall-ekonomiji ż-żgħar u ż-żoni li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa ...
Read More

WIEĦED MINN KULL ĦAMSA JMUT B’ATTAKK TAL-QALB 

Miljun persuna fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 1 minn kull 5 imwiet seħħu minħabba attakk tal-qalb jew puplesija. Fl-2013 fl-UE mietu madwar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment