Ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u l-Ungerija imblokkaw dikjarazzjoni tal-UE li kienet tikkritika t-trasferiment tal-Ambaxxata Amerikana għal Ġerusalemm jumejn qabel seħħet l-inawgurazzjoni tal-Ambaxxata.   L-istazzjon Televiżiv Iżraeljan Channel 10 qal li l-oġġezzjonijiet ta’ dawn it-tliet stati membri għenu lil Iżrael iwaqqaf l-istqarrija tal-UE. Din l-istqarrija kienet imressqa minn Franza u kienet maħsuba biex l-UE ikollha opinjoni komuni kontra d-deċiżjoni ta’ Washington.

Francesca Mogherini, kelliema tal-UE għall-Affarijiet Barranin qalet li l-UE għandha pożizzjoni ċara dwar Ġerusalemm, wara li suldati Iżraeljani qatlu aktar minn 50 Palestinjan li ħarġu jipprotestaw kontra l-inawgurazzjoni tal-Ambaxxata.

Mogherini kkwotat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta` tal-Ġnus Magħquda tal-20 ta’ Awwissu 1980 li titlob l-istati jirtiraw il-missjonijiet diplomatiċi tagħhom minn Ġerusalemm sakemm tinstab soluzzjoni.

“Iżrael irid jirrispetta d-dritt ta’ protesti paċifiċi u l-prinċipju tal-proporzjonalita` fl-użu tal-forza. Il-Ħamas u dawk li qed imexxu d-dimostrazzjonijiet f’Gaża għandhom jiżguraw li ma jkunux vjolenti u ma jesplojtjawx il-protesti. Irridu naġixxu lkoll biex nevitaw aktar inkwiet.”

Ir-Rumanija diġa` qalet li se titrasferixxi l-Ambaxxata Rumena minn Tel Aviv lejn Ġerusalemm. Il-President Rumen Klaus Johannis qal li t-trasferiment tal-Ambaxxata ma jistax isir mingħajr il-kunsens tiegħu. Johannis qal li se jitlob lil Ministru tal-Affarijiet Barranin Teodor Melescanu biex jispjegalu għala opponew id-dikjarazzjoni tal-UE dwar Ġerusalemm.

F’Diċembru 2017 Donald Trump kien iddeċieda li jirrikonoxxi Ġerusalemm bħala l-Kapitali ta’ Iżrael u li jitrasferixxi l-Ambaxxata Amerikana minn Tel Aviv.

IR-RENJU UNIT IWISSI DWAR AKTAR ATTAKKI ATROĊI MILL-ISIS FL-EWROPA

Ir-Renju Unit qed iwissi dwar aktar attakki kumplessi u aktar atroċi mill-ISIS fl-Ewropa u qed jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni ...
Read More

MA JAQBLUX MAL-PROPOSTI TAL-KE DWAR IL-BAĠIT

Bosta stati membri pprotestaw kontra l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tnaqqas il-baġit għal qasam tal-biedja u l-politika ta’ koeżjoni għal baġit 2021-2027 ...
Read More

TRID TAGĦTI GARANZIJA DWAR L-ISTAT TAD-DRITT SA ĠUNJU

Il-Gvern Pollakk qed jintalab jagħti garanziji u eżempji konkreti tal-progress fl-indipendenza tal-ġudikatura. Din it-talba saret dwar il-proċedura li nfetħet kontrih ...
Read More

JIMBLOKKAW DIKJARAZZJONI TAL-UE KONTRA L-AMBAXXATA AMERIKANA F’ĠERUSALEMM

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u l-Ungerija imblokkaw dikjarazzjoni tal-UE li kienet tikkritika t-trasferiment tal-Ambaxxata Amerikana għal Ġerusalemm jumejn qabel seħħet l-inawgurazzjoni ...
Read More

TRASPORT EFFIĊJENTI ESSENZJALI GĦAT-TKABBIR U L-IŻVILUPP FL-EWROPA

It-tkabbir u l-iżvilupp ikunu diffiċli li jseħħu mingħajr sistema ta’ trasport tajba mifruxa mar-reġjuni kollha tal-UE, qal Alfred Sant fil-Parlament ...
Read More

ĊEKI JAQILGĦU TLIET DARBIET AKTAR FIL-ĠERMANJA

Kumpaniji Ċeki fil-Lbiċ tal-pajjiż mhux qed isibu biżżejjed ħaddiema għax ir-residenti li jgħixu ħdejn il-fruntiera, jippreferu jmorru l-Ġermanja biex jaħdmu ...
Read More

L-EBDA SINJAL MINN RUMA DWAR IR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

L-Ambaxxaturi uffiċċjali tal-pajjiżi tal-UE ma rnexxilhomx jaqblu b’mod unanimu fuq il-finanzjament ta’ €3 biljun għar-refuġjati fit-Turkija. “Ħsibna li stajna naqblu”, ...
Read More

5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA

Ċifri maħruġa mill-UNICEF jistmaw li 5.4 miljun immigrant tifel u tifla jgħixu fl-Ewropa waqt  li 32, 039 tifel u tifla ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment