Ġiet approvata l-proposta li tbiddel ir-regoli tal-fruntieri tax-Schengen. Il-pjan hu li jibdew isiru kontrolli regolari fuq il-fruntieri, anki fuq iċ-ċittadini Ewropej. Sa issa l-kontrolli kienu jsiru fuq ċittadini ġejjin minn pajjiżi terzi. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi tal-2015. Id-dokumenti tal-vjaġġaturi kollha jkunu ċċekkjati mad-‘data bases’ tal-pulizija Ewropea u tal-Interpol. L-għan hu li jinqabdu aktar malajr dawk in-nies li qed jaħbu l-identita` proprja tagħhom.

Ir-reviżjoni tar-regoli qed issir għal aktar sigurta` fl-Ewropa. Kif ukoll biex jinqabdu t-terroristi (li ħafna minnhom għandhom ċittadinanza Ewropea), l-immigranti irregolari, u t-traffikanti tal-persuni.

Il-proposta tisħaq għal aktar kontrolli intensivi fuq il-fruntieri esterni kollha tal-Unjoni Ewropea kemm bil-baħar, bl-ajru, u fuq l-art. Iżda jekk il-kontrolli joħolqu kjus kbar wisq, l-istat membru jista’ jagħżel li jwettaq kontrolli fuq fruntiera speċifika biss jekk jikkonkludi li bil-laxkezza tar-regoli mhux se jiżdiedu r-riskji għas-sigurta` interna. Taħt ir-regoli l-ġodda, iċ-ċittadini terzi kollha jridu jkunu ċċekkjati mad-‘data bases’ Ewropej qabel jitilqu l-Unjoni biex ikun żgurat li dawn mhumiex ta’ theddida għas-sigurta`.  Issa jmiss li jsiru negozjati mal-Kunsill Ewropew biex jintlaħaq ftehim.

L-AĦĦAR ĊENA

Il-PM David Cameron attenda għall-aħħar ċena mas-27 kap ta’ stat l-oħra fi Brussell biex jissiġilla l-ewwel u l-akbar divorzju rreġistrat ...
Read More

L-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET

Wara l-BREXIT se jkun hemm żewġ tentazzjonijiet fl-UE: l-ewwel tentazzjoni tkun dik li tagħmel  il-ftehim diffiċli għar-Renju Unit biex pajjiżi ...
Read More

ELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA

Fit-tieni elezzjoni f’sitt xhur, Spanja resqet aktar viċin biex tifforma gvern. L-iktar li ġab voti (33%) kien il-Prim Ministru Mariano ...
Read More

GĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE

Riżoluzzjoni biex ir-Renju Unit jattiva Artiklu 50 u joħroġ malajr kemm jista’ jkun mill-Unjoni Ewropea tista’ tkun għodda biex isiru ...
Read More

JINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN

Ġiet approvata l-proposta li tbiddel ir-regoli tal-fruntieri tax-Schengen. Il-pjan hu li jibdew isiru kontrolli regolari fuq il-fruntieri, anki fuq iċ-ċittadini ...
Read More

890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014

Fl-2014, madwar 890, 000 persuna saru ċittadini ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 9% fuq is-sena 2013 fejn il-figura ...
Read More

DIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ

Stħarriġ mill-organizzazzjoni tal-bdiewa Ewropej għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, juri li l-bdiewa huma mdejqin ħafna. Kaġun ta’ dan id-dwejjaq ...
Read More

ID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI

Il-futur tal-glyphosate – il-bexx kontra l-ħaxix ħażin li jista’ jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem -  issa huwa f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan ...
Read More

JINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ

Fil-Parlament Ewropew il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal lil Nigel Farage, Ewroparlamentari Ingliż li kien fost dawk li qanqal il-Brexit, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment