Il-Kunsill Ewropew ħatar ħames membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż il-Pollakk Janis Wojciechowski li flimkien ma’ Toni Abela ma kienx ġie aċċettat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew. Il-ħatra tagħhom tibda mis-7 ta’ Mejju 2016 sas-6 ta’ Mejju 2022. Il-Kunsill ma qagħadx fuq l-opinjoni konsultattiva tal-Parlament Ewropew. Toni Abela kien stqarr li ma kienx aktar interessat f’din il-kariga wara li ma ġiex aċċettat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew. Il-persuni nominati li jkollhom vot negattiv fil-kumitat jew fil-plenarja, xorta jistgħu jintgħażlu jekk il-Kunsill tal-Ministri jiddeċiedi favur tagħhom.

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant faħħar l-integrita` politika ta’ Dr Toni Abela u kkritika l-mod kif sar l-iskrutinju ta’ Abela.  “Ta’ sikwit jiġri, kif ġara fil-każ ta’ Dr Abela, li elementi anonimi jorganizzaw kampanja biex inaqqsu mill-valur tal-persuna nominata. Dan jagħmluh billi jallegaw aġir diżonorabbli jew kriminali. Dawk li jkollhom in-nomina jistgħu jiddefendu lilhom infushom f’laqgħat wiċċ imb’wiċċ mal-membri tal-kumitat u waqt is-smigħ tagħhom.”

Fil-każ ta’ Toni Abela, is-smigħ kien qasir. “L-allegazzjonijiet kontra tiegħu ma setgħux ikunu kjarifikati mija fil-mija. Kien jeħtieġ ukoll aktar diskussjoni fuq kwistjonijiet oħra. Dr Abela ma kienx trattat b’mod ġust. Jekk dan il-Parlament jixtieq li s-smigħ tan-nomini jsir bis-sens, għandu jikkonsidra kif qed jitwettqu. Meta jitqajmu allegazzjonijiet ta’ aġir kriminali jew diżonorabbli, dawn għandhom ikunu kkonsidrati separatament minn ġurija onorarja, bl-għajnuna ta’ kunsill legali, fuq il-bażi tal-fatti. Is-smigħ imbagħad ikun jista’ jikkonċentra fuq il-ħiliet politiċi, professjonali u personali tal-persuna nominata.” saħaq  Dr Sant.

FRANZA THEDDED LI TIFFRIŻA N-NEGOZJATI TAT-TTIP

Franza qed thedded li topponi t-TTIP wara r-rivelazzjonijiet dwar in-negozjati għal kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti. François Hollande ...
Read More

TRID TĦALLAS BIEX MA TIĦUX IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret sanzjonijiet finanzjarji għal dawk il-pajjiżi li jirrifjutaw li jieħdu l-immigranti taħt l-iskema ta’ rilokazzjoni. Kull pajjiż tal-UE ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU STABBLI FL-2016

It-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea għal din is-sena se jibqa’ stabbli meta mqabbel mal-2015, minkejja problemi fi swieq barranin fosthom fiċ-Ċina ...
Read More

ID-DEĊIŻJONIJIET EWROPEJ LI JAFFETTWAW LIL PAJJIŻNA

Huwa importanti li l-poplu jifhem id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew u li jaffettwaw lil Malta. L-Unjoni Ewropea qed taffaċċja ...
Read More

JINĦATRU L-MEMBRI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

Il-Kunsill Ewropew ħatar ħames membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż il-Pollakk Janis Wojciechowski li flimkien ma’ Toni Abela ma kienx ġie ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

Il-persentaġġ ta’ nies li qed jaħdmu fl-Ewropa ta’ eta` bejn l-20 u 64 sena huwa ta’ 70%. Din ir-rata turi ...
Read More

PRODOTTI PERIKOLUŻI : L-AKTAR MIĊ-ĊINA U ‘ONLINE’

Fl-2015 daħlu 2, 072 prodott perikoluż fil-pajjiżi tal-UE. 62% minn dawn il-prodotti kienu ġejjin miċ-Ċina. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-irtirar ...
Read More

JONQSU D-DEJN U D-DEFIĊIT FL-EWROPA

Id-defiċit pubbliku kkomparat mal-Prodott Gross Domestiku (PDG) fiż-żona ewro naqas minn 2.6% fl-2014 għal 2.1% fl-2015, u fl-Unjoni Ewropea kollha ...
Read More

TIŻDIED L-ESPORTAZZJONI AGRARJA

L-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli Ewropej żdiedet u fi Frar laħqet l-€10.2 biljun ewro. Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea juru li kkomparat mal-istess ...
Read More

€70 BILJUN  FIS-SENA FI SPEJJEŻ MINĦABBA L-OBESITA`

L-obesita` qed tiswa €70 biljun lill-gvernijiet Ewropej fis-sena f’servizzi tas-saħħa u produttivita` mitlufa. Sas-sena 2030, aktar minn 50% tal-Ewropej se ...
Read More

SKONTIJIET GĦAL KULĦADD F’EURODISNEY

L-iskont fix-xiri ta’ biljetti annwali għal EURODISNEY, li qabel setgħu jgawdu minnu persuni li kellhom kont bankarju fi Franza, issa ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL39

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment