Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea għandhiex pjanijiet biex issegwi fil-qrib l-investigazzjoni tal-Awtorita` tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru Ryanair. L-MEP Malti staqsa wkoll lil Kummissjoni għandhiex pjanijiet li twettaq investigazzjonijiet simili fuq trasportaturi li għandhom strutturi ta’ prezzijiet simili.

L-Awtorita` Taljana tal-Kompetizzjoni fil-21 ta’ Settembru fetħet investigazzjoni fuq ir-regoli tar-Ryanair li jżommu l-flus lil passiġġieri li jġorru l-hand luggage. Il-konsumaturi jistgħu biss iġorru b’xejn handbag jew bagalja tal-laptop. Il-konsumaturi se jkollhom iħallsu għal hand laguage ta’ 10kg.

L-Awtorita` tal-Kompetizzjoni Taljana qalet li dawn l-oġġetti huma elementi essenzjali għat-trasport. Għalhekk, Ryanair u linji oħra, għandhom jinkludu l-prezz sħiħ tal-ispejjeż. L-istess Awtorita` qed takkuża lir-Ryanair bi prattiċi kummerċjali inġusti għax din il-prattika titfa’ ċ-ċpar fuq il-prezz finali tal-biljett, u ma tħallix lok għal paragun korrett tal-prezzijiet tal-linji tal-ajru l-oħra.

MAĠĠORANZA KWALIFIKATA DWAR IT-TASSAZZJONI

Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni Ewropea se tipprova ssib oqsma fit-taxxa fejn id-deċiżjonijiet dwarhom tkun tista’ toħodhom b’maġġoranza kwalifikata minflok b’vot unanimu ...
Read More

IĊ-ĊEKI JRIDU JKEĊĊU L-IMMIGRANTI ‘ILLEGALI’

L-Istati Ewropej għandhom ikeċċu is-618, 780 immigrant li l-Kummissjoni Ewropea qalet li huma ‘illegali’ u li qegħdin fl-Ewropa. Il-Mexxej Babis ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT DWAR GŻEJJER  TAL-UE APPROVATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni għal baġit anwali tal-2019 li tinkludi proposti tal-MEP Alfred Sant li jinvokaw attenzjoni speċjali għall-gżejjer tal-Unjoni ...
Read More

IL-BELĠJU JIPPREFERI AJRUPLANI TAL-ĠLIED AMERIKANI

Il-Belġju għażel li jixtri ajruplani tal-ġlied Amerikani flok dawk Ewropej, għażla li tat daqqa ta’ ħarta lill-industrija tal-gwerra Ewropea li ...
Read More

PROĊEDURI POLITIĊIZZATI FUQ KSUR TAL-VALURI FUNDAMENTALI

Il-Parlament Ewropew ma għandux jippermetti proċeduri politiċizzati li permezz tagħhom jiġu investigati allegazzjonijiet ta' ksur ta’ valuri fundamentali fl-Istati Membri ...
Read More

KONTROLL TAL-IBĦRA BRITTANIĊI

Il-Parlament Brittaniku ippreżenta leġiżlazzjoni li twassal biex il-pajjiż jerġa’ jikseb lura is-sovranita` tal-ibħra tiegħu. Ir-Renju Unit kien diġa` wera d-direzzjoni ...
Read More

JINSISTI GĦAL INVESTIGAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-BAGALJI TAR-RYANAIR

Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea għandhiex pjanijiet biex issegwi fil-qrib l-investigazzjoni tal-Awtorita` tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru ...
Read More

L-EBDA LOGĦOB TAL-AZZARD FL-ALBANIJA

Il-Parlament Albaniż għadda liġi li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard u tirrestrinġi l-operat tal-Casinos biex tipprova tnaqqas il-kriminalita` organizzata. Il-liġi tipprojbixxi wkoll ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment