L-Unjoni Ewropea trid tgħaġġel il-proċess ta’ sħubija ma’ ħames pajjiżi Afrikani biex ikun implimentat il-ftehim dwar l-immigrazzjoni. Il-ftehim ġie addottat f’Ġunju tas-sena l-oħra. Diġa` ġie reġistrat progress tanġibbli mal-Etjopja, man-Niġer, man-Niġerja, mal-Mali u mas-Senegal, iżda jonqos aktar sforzi għal riżultati aħjar. Minn meta ġie addottat il-qafas ta’ dan il-‘partnership’ mal-pajjiżi Afrikani, bdiet l-offensiva kontra t-traffikar tal-immigranti u għajnuna lill-immigranti. Uffiċċjali tal-immigrazzjoni tal-UE qed jintbagħtu f’dawn il-ħames pajjiżi għal dan il-għan.
Fin-Niġer, pajjiż transitorju li fih l-immigranti jaqsmu mill-Afrika għall-Ewropa, irdoppja n-numru ta’ immigranti li qed jibbenefikaw mill-appoġġ tal-UE f’ċentri apposta li issa laħaq il-15,000 ruħ. 5,000 ingħataw appoġġ biex jirritornaw lura pajjiżhom volontarjament.
B’kollox hemm €1.5 biljun għat-tħaddim ta’ dawn il-proġetti. Dawn jinkludu proġetti favur ir-riintegrazzjoni ta’ immigranti li jirritornaw f’pajjiżhom u l-ħolqien ta’ impjiegi fil-Mali u s-Senegal. Il-proġetti ntgħażlu bl-għan li jkunu ta’ għajnuna għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-immigranti f’pajjiżhom u għal ħolqien tal-impjiegi fil-Mali u s-Senegal.
Bħalissa għaddejjin negozjati kontinwi biex jintlaħaq qbil man-Niġerja sa Ġunju tal-2017 biex jintbagħtu lura immigranti minn dan il-pajjiż. L-UE wkoll tixtieq iżżid il-koperazzjoni mal-Etjopja għar-ritorn tal-immigranti.

X’SE JGĦIDU F’RUMA GĦALL-PROPOSTI TA’ VERSAILLES?
Read More

IRIDU EWROPA AĦJAR
Read More

IL-PASSAT RIĊENTI VITALI GĦALL-FUTUR
Read More

IL-KE TANALIZZA L-ISFIDI EKONOMIĊI TAS-27 STAT MEMBRU
Read More

IS-SOVRANITA` FIT-TASSAZZJONI TRID TKUN IMĦARSA
Read More

JINTBAGĦTU LURA PAJJIŻHOM
Read More

SAJJIEDA MALTIN IMĦASSBA BIL-KWOTI TAL-PIXXISPAD
Read More

AKTAR KONTROLLI MAL-FRUNTIERI
Read More
Post a comment