Minkejja d-differenzi, l-Unjoni Ewropea se tibqa’ fi djalogu mar-Russja u se tibqa’ tikkoopera fejn hu possibbli għal paċi u għal għaqda bejn il-popli. “Huwa ċar li ma naqsmux l-istess pożizzjonijiet fuq kollox, imma d-djalogu ta’ bejnietna huwa kostanti u importanti,” qalet ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini wara laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov. “Ftehmna li nżidu l-livell ta’ skambju fuq livelli differenti dwar kwistjonijiet politiċi ewlenin fil-qasam tal-Affarijiet Barranin.”
F’din il-laqgħa ż-żewġ pajjiżi qablu dwar waqfien mill-ġlied fil-Lbiċ tas-Sirja bħala pass lejn soluzzjoni politika għal kriżi f’dan il-pajjiż. Impenjaw ruħhom ukoll biex jaħdmu għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani u dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim nukleari Iranjan.
Dwar l-Ukraina, Mogherini qalet li “Għall-Unjoni Ewropea l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta’ Minsk hija essenzjali.” Hi qalet ukoll li kellha l-opportunita` titkellem dwar kwistjonijiet relatati mas-soċjeta` ċivili u mad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja.
OPRI TAL-ARTI JIFFINANZJAW IT-TERRORIŻMU
Read More
L-IMF OTTIMISTA DWAR IT-TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
WARA SETTEMBRU JIBDEW ID-DISKUSSJONIJIET DWAR MINISTRU TAL-FINANZI EWROPEW
Read More
TRUMP IRID JINTAXXA L-AZZAR EWROPEW
Read More
IR-RENJU UNIT IRID ISAĦĦAĦ IL-KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI WARA L-BREXIT
Read More
JINTENSIFIKA D-DJALOGU MAR-RUSSJA, MINKEJJA D-DIFFERENZI
Read More
IL-GREĊJA SSAĦĦAĦ IL-FINANZI PUBBLIĊI
Read More
EMENDI TA’ ALFRED SANT DWAR ‘COVERED BONDS’ APPROVATI FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
Post a comment