Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li uża tliet indikaturi prinċipali: il-Prodott Gross Domestiku per capita, l-iżvilupp demografiku (studju xjentifiku tal-popolazzjoni) u r-rata tal-qgħad. Dan l-istudju wera li kien hemm xi tip ta’ konverġenza bejn il-perijodu 2000-2014. Dan għaliex fis-sena 2000 il-Prodott Gross Domestiku tar-reġjuni l-aktar sinjuri fl-Ewropa kien ta’ 2.8 darbiet ogħla minn dak fir-reġjuni inqas żviluppati. Fl-2013, din id-differenza naqset imma fl-istess waqt baqgħet għolja ħafna f’reġjuni ta’ stati bħar-Renju Unit, Rumanija, Slovakkja u Franza.

Studji xjentifiċi tal-popolazzjoni huma indikaturi ċari li juru d-diverġenzi bejn ir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea. Bejn l-2008 u l-2014, il-popolazzjoni tal-UE żdiedet b’1.3%, biex issa laħqet 507 miljun ruħ. Saru xi osservazzjonijiet kemm fuq livell Ewropew u kemm fuq livell nazzjonali. Fuq livell Ewropew, il-pajjiżi tal-Lvant u l-Baltiċi (b’mod partikolari l-Litwanja u l-Latvja), qed jesperjenzaw tnaqqis fid-demografija tagħhom. Bil-kontra ta’ dan, il-Lussemburgu u Ċipru esperjenzaw żieda. Fuq livelli nazzjonali, l-istħarriġ juri li qed tonqos il-popolazzjoni f’żoni rurali u qed tiżdied fiż-żoni urbani u fl-ibliet. Dan it-tibdil joħroġ ċar fil-qasam tax-xogħol u l-impjiegi.

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Dr Alfred Sant kemm-il darba saħaq dwar il-ħtieġa li jonqsu d-diverġenzi bejn l-Istati sinjuri tal-Unjoni Ewropea u dawk li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa, li huma stati gżejjer jew qegħdin f’żoni mwarrba. L-istudju wera li dawk ir-reġjuni li qegħdin fi tranżizzjoni – jiġifieri li qed jieħdu l-għajnuna mill-UE biex jiżviluppaw, huma l-aktar li ntlaqtu ħażin mill-kriżi.

 

IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM

Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim ...
Read More

IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE ...
Read More

ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI

Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ ...
Read More

JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI

Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li ...
Read More

‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’

Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ...
Read More

JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST

Proposta biex issir reviżjoni tax-xengen visa bħala miżura li tagħti spinta lis-settur turistiku ma ntlaqgħetx. Din il-proposta mhix qiegħda fuq ...
Read More

DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA

Dawk is-saffi tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx huma l-aktar li jbatu mill-obesita` u huma l-aktar li jsofru minn mard ikkawżat ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI

F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu ...
Read More

SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT

Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar ...
Read More

IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI

Il-ġid tal-familji Ġermaniżi qed jonqos. Minkejja li l-ekonomija Ġermaniża sejra tajjeb, jidher li l-Ġermaniżi mhux qed jibbenefikaw direttament minn dan ...
Read More

TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Iż-żieda fl-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jaffettwa ħażin lis-settur Ewropew fejn il-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa qed ...
Read More

Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D

Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa wieħed mill-gruppi politici fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Socjalisti u Demokratici għandhom 191 membru u huwa ...
Read More

VINO VERITAS

Figuri li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropa juru li l-ġabra tal-għeneb fl-Italja se taqbeż lil dik ta’ Franza. L-Italja se ssir l-ikbar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment